Barranin
Is-settur tal-manifattura fil-Ġermanja qabad ir-ritmu tal-irkupru

L-ewro kien qed jiġi innegozjat taħt id-$1.1900 u rtira aktar mill-ogħla rata ta’ ġimagħtejn ta’ $1.1927 minħabba talba qawwija għad-dollaru meqjus bħala sigur waqt li rkupra d-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan. It-tħassib dwar il-vaċċin fl-Ewropa għeleb il-messaġġ moderat mill-Federal Reserve, waqt li l-aktar bank ċentrali b’saħħtu fid-dinja huwa ffukat fuq ir-riżultati mhux il-prospetti u jkompli jistampa d-dollaru, il-messaġġi taċ-Chairman Jerome Powell ma kienux ġodda.

L-investituri llum diġà għandhom ħsieb differenti – l-irkupru tad-dħul mill-bonds kompla jiżdied, u dan saħħaħ lid-dollaru u baxxa lill-ewro taħt id-$1.1900.

Fattur ieħor li qed jagħmel pressjoni fuq id-dollaru huwa ż-żieda diżappuntanti fl-għadd ta’ persuni qegħda għal 744,000, fejn għat-tieni ġimgħa qabżu is-700,000. Is-sostenn fiskali Amerikan sa issa kien aktar robust u ħiereġ tajjeb. Il-President Joe Bidejn bħalissa qed jikkonċentra fuq il-kwisjonijiet tal-armi, iżda t-tim tiegħu qed ikompli jaħdem fuq in-nefqa kbira li jmiss – nefqa ta’ $2.25 Biljun fuq l-
infrastruttura.

Il-kwistjonijiet l-aktar sinifikanti fl-Ewropa ġejjin mill-covid. Il-każi baqgħu għoljin fi Franza, il-Ġermanja u l-Italja bi Spanja tingħaqad magħhom b’żieda wara l-btajjel tal-Għid. Barra dan, bosta pajjiżi Ewropej ipprojbixxew l-użu tal-vaċċin tal-AstraZeneca għal parti l-kbira mill-adulti u dan potenzjalment ser idewwem il-kampanja ta’ tilqim.

Il-produzzjoni industrijali fil-Ġermanja rat irkupru qawwi matul Frar. Data uffiċjali wriet li s-settur tal-manifattura jista’ jkun li qabad ir-ritmu tal-irkupru.

Il-prezz taż-żejt mhux raffinat kompla jitbandal wara l-aħbar tal-ġimgħa li għaddiet li l-OPEC ser tibda żżid il-produzzjoni fix-xhur li ġejjin. Strateġisti fil-bank ANZ jistennew li l-impatt ta’ din iż-żieda ikun minimu fuq il-provvista fit-tieni kwart jew xi xahar wara u qed ibassru li l-Brent jista’ jilħaq is-$70 kull barmil.

Matul l-aħħar sigħat ta’ negozju lbieraħ, il-prezz tad-deheb laħaq ‘il fuq minn $1,755 li kien l-ogħla għal Marzu. Iżda ma kienx hemm żieda aktar. Minflok il-prezzijiet iċaqilqu orizzontalment. Minħabba din ir-raġuni, analisti tekniċi, dawk li jinnegozjaw skont ix-xejriet, iqisu din iż-żona bħala żona ta’ reżistenza.