Is-sitwazzjoni ta’ Brexit tagħti daqqa ta’ ħarta lill-isterlina

L-isterlina tilfet aktar minn nofs perċentwal llum hekk kif kiber it-tħassib li l-offerta tal-Prim Ministru Theresa May li tirriżenja ma kkonvinċitx lill-ewroxettiċi radikali fil-partit tagħha sabiex jappoġġaw il-ftehim tagħha dwar il-Brexit.

Kien hemm żieda fid-dollaru hekk kif il-muniti l-oħra tħabtu, wara rapporti dwar il-banek ċentrali u tamiet mill-ġdid li l-Bank Ċentrali Ewropew ser iżomm ir-rati baxxi għal aktar żmien. Ir-Reserve Bank of New Zealand din il-ġimgħa ngħaqad mal-lista dejjema tikber ta’ banek ċentrali li qed jillaxkaw fost sinjali li l-ekonomija globali qed tnaqqas mit-tkabbir, u qal li l-pass li jmiss fir-rati tal-interessi mistenni jkun tnaqqis.

B’bosta muniti fuq id-difensiva, id-dollaru ma ntlaqatx minn tnaqqis fid-dħul tal-bonds tal-Istati Uniti li tbaxxa għall-inqas livell fi 15-il xahar.

L-ewro tilef 0.2% għal €1.1225 fost spekulazzjoni li l-Bank Ċentrali Eqwropew ser jintroduċi eżenzjoni lill-banek mir-rata ta’ depożitu fuq depożiti li jkollhom miegħu – sinjal li l-bank lest li jkompli b’rati ta’ interessi baxxi għal żmien itwal. L-ewro baqa’ ‘l fuq mill-inqas rata fi 21 xahar ta’ $1.1167 ta’ ftit tal-ġimgħat ilu.

Indiċi

Kien hemm żieda modesta f’Wall Street hekk kif qed jagħmlu progress it-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina iżda tnaqqis fit-tkabbir tal-Prodott Domestiku Gross kabbar i-beżgħat ta’ tnaqqis ekonomiku u llimita ż-żieda.

L-ishma Ewropew żdiedu għax sinjali ta’ progress bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina għenu lill-investituri li jħarsu lil hinn mit-tħassib dwar t-tkabbir ekonomiku globali u l-isforz kaotiku tar-Renju Unit biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

L-iSTOXX 50 żdied b’0.45%.

Iċ-Ċina għamlet proposti bla preċedent dwar it-trasferiment tat-teknoloġija hekk kif qed taħdem mal-Istati Uniti biex itemmu l-gwerra kummerċjali bejniethom. Il-Prim Ministru Li Keqiang qal li ċ-Ċina ser tespandi l-aċċess għas-suq għal banek barranin u kumpaniji tal-assigurazzjoni.

Ishma lokali

Fis-sessjoni tal-ishma lokali, il-Bank of Valletta żdied b’1.79%, il-Malita Investments b’1.16% u l-Plaza Centres b’0.98%. Il-MIDI tilfu 1.56%.

Bonds lokali

Fil-qasam tal-bonds lokali, in-1923 Investments 2024 għalqu b’żieda ta’ 1.46% għal €104. Min-naħa l-oħra, is-Central Business Centres 2025 tilfu 0.94% għal €106.

L-Arabja Sawdija qed ikollha biċċa xogħol iebsa biex tikkonvinċi lir-Russja li tibqa’ aktar fil-ftehim ta’ tnaqqis ta’ provvista, u tliet sorsi qrib il-kwistjoni qalu Moska tista’ taqbel biss għal estensjoni ta’ tliet xhur.

Aħbarijiet Oħra

Ir-rata tal-ewro kontra d-Dollaru Amerikan baqgħet baxxa matul is-sessjoni Ewropea u tbaxxiet għall-inqas livell fi 22 xahar ta’ madwar $1.1118. Tħassib dwar it-tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku fil-Ġermanja kompla jitfa’ pressjoni fuq…

Barranin

Muniti L-ewro baqa’ taħt pressjoni kontra d-Dollaru Amerikan wara l-ħruġ ta’ statistika ekonomika dwar il-Ġermanja li kienet dgħajfa aktar milli maħsub. L-ewro tilef 0.15% għal $1.1210. Barra dan, l-ewro tbaxxa…

L-ewro sa issa kien negozjat b’mod imħallat, żamm sod kontra d-dollaru li miegħu tilef 0.08% għal $1.1245. Barra dan, l-ewro tilef 0.27% kontra l-Isterlina u 0.10% kontra l-Yen. Il-munita unika…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet illum hekk kif kompla l-irkupru tad-dollaru, u l-istatistika tajba dwar il-bejgħ bl-imnut fir-Renju Unit ma kinetx biżżejjed biex tqajjem lill-munita mis-sitwazzjoni li tinsab fiha wara l-estensjoni ta’…

Aktar