Is-sitwazzjoni tal-Covid fiċ-Ċina tbaxxi l-prezz taż-żejt

Muniti

Id-dollaru llum avvanza wara li dejta ekonomika diżappuntanti miċ-Ċina serviet biex d-dollaru jirkupra xi ftit mit-telf riċenti wara li tnaqqis kbir fis-sentiment tal-konsumatur dgħajjef lill-munita Amerikan.

Muniti oħra bħall-isterlina u l-ewro żammew mal-firxa wiesa tan-negozju hekk kif l-investituri qegħdin attenti kif jinvestu flushom f’ġimgħa bieżla għall-banek ċentrali.

Indiċi

Għaxart ijiem ta’ żidiet għall-ishma Ewropej waqfet llum wara tnaqqis sorprendenti fl-indikaturi ekonomiċi taċ-Ċina bl-ishma marbutin mal-prodotti essenajali l-aktar milquta.

Id-Dow Jones u l-S&P 500 intlaqtu wkoll u tbaxxew mil-livelli għolja rekord wara l-istatistika miċ-Ċina.

Dan qajjem biża’ ta’ tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku mondjali u laqat lill-ishma ta’ setturi marbutin mill-qrib mas-settur tas-saħħa fl-ekonomija Amerikana.

Ishma

Fis-sessjoni tal-ishma lokali, dawk tal-Bank of Valletta biss naqsu b’0.56% għal €0.89.

Fin-naħa pożittiva kien hemm il-BMIT Technologies b’0.41%, il-Malta International Airport avvanzaw b’0.80% u l-GO kienu l-aħjar li marru b’żieda ta’ 1.18%.

Kien hemm ishma oħrajn negozjati iżda bla bidla fil-prezz.

Bonds

Fis-suq tal-bonds lokali t-tibdil kbir kien f’territorju negattiv.

Il- Cablenet Communications Systems 2030 tilfu by 1.62%., il-Pendergardens Developments 2022 It-Tieni Serje tilfu 1.21% waqt li x-Shoreline 2032 tbaxxew b’0.98%.

Il-Mediterranean Investments Holding 2022 u l-iStivala Group Finance 2027 it-tnejn tilfu 0.05%.

L-International Hotel Investments żdiedu bi kważi 0.50% u kien hemm żieda ta’ 0.98% fit-Tumas Investments 2024.

Prodotti essenzjali

Il-prezz taż-żejt llum tbaxxew b’aktar minn 3% għall-inqas livell f’ġimgħa u tbaxxa għat-tielet sessjoni infila wara li l-bejgħ taż-żejt u l-attivita ekonomika tbaxxew fiċ-Ċina, indikazzjoni li l-firxiet tal-Covid qed jolqtu ħażin lit-tieni l-akbar ekonomija fid-dinja.

Il-prezzijiet tad-deheb ukoll tbaxxew mill-ogħla livell milħuq dalgħodu hekk kif żdied id-dollaru għalkemm tħassib li l-Federal Reserve jista’ jnaqqas l-istimulu u t-tħassib dwar il-varjant Delta taw saħħa lid-deheb.

Dan it-tagħrif kien miġbur minn BNF Bank.