Barranin
Is-sitwazzjoni tal-Italja taffettwa ħażin l-Ewro

L-Ewro tilef iż-żidiet bikrin tiegħu u daħal f’territorju negattiv wara li l-President tal-Italja beda l-passi biex il-pajjiż ikollu elezzjoni ġenerali ġdida, u dan qajjem tħassib li rotta bħal din tista’ twassal għal mandatt aktar b’saħħtu għall-partiti populisti.

Id-Dollaru Kanadiż idgħajjef għall-inqas rata fi tliet ġimgħat kontra dak Amerikan hekk kif tbaxxew il-prezzijiet taż-żejt u qabel mal-Bank of Canada jieħu deċiżjoni dwar ir-rati tal-interessi nhar l-Erbgħa.

Id-dollari tal-Awstralja u ta’ New Zealand baqgħu qrib l-ogħla rati għall-bosta ġimgħat kontra l-ewro, hekk kif il-munita unika sofriet telfiet qawwija minħabba t-taqliba politika fl-Italja u fi Spanja u statistika ekonomika dgħajfa mill-Ġermanja.

Indiċi

Irkupru fl-ishma Taljani kien qasir  hekk kif l-investituri qed jitħassbvu dwar l-inċertezzi quddiem il-pajjiż b’elezzjoni oħra fuq l-orizzont wara li sfrattaw il-pjanti tal-partiti populisti li jiffurmaw gvern.

L-iSTOXX 50 tilef 1% u kien segwit mid-DAX u l-CAC 40 li tilfu aktar minn 0.5%. L-unika żieda dehret fil-FTSE 100 li kienet ta’ 0.2%.

Ishma lokali

Illum kien jum attiv fis-sesssjoni tal-ishma lokali. Il-Malita Investments żdiedu b’44.23% u għalaq €0.84. Il-Malta International Airport u l-Malta Properties Company żdiedu 2.86% u 0.58% rispettivament. Kien hemm tnaqqis fl-ishma ta’ Simonds Farsons Cisk u t-Tigne Malta iżda l-akbar tnaqqis kien ta’ aktar minn 10% fit-Trident Estates.

Bond lokali

Fil-qasam tal-bonds iż-żidiet kienu aktar razzjonali bl-SD Finance u l-Eden Finance jiżdiedu b’aktar min-nofs fil-mija waqt li l-Bortex Group tilfu 0.71% u telf ta’ 2.5% rreġistrat fil-Bank of Valletta.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew, u estendew it-telf kbir li qed ikollhom, hekk kif l-Arabja Sawdija u r-Russja qalu li huma jistgħu jżidu l-provvista u hekk kif il-produzzjoni fl-Istati Uniti mhux qed turi sinjali li ser titnaqqas.

Il-prezzijiet tad-deheb tilfu matul in-negozju Ewropew u d-deheb kien qed jiġi nnegozjat f’$1,297.89 kull uqija. Il-prezzijiet tad-deheb waqgħu wara li l-biża ġeopolitika naqset wara l-istqarrija ta’ Trump li wara kollox il-laqgħa għolja mal-Korea t’ Fuq ser issir.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Muniti L-isterlina baqgħet qrib l-inqas rata fi 13-il xahar, hekk kif l-investituri saħħew il-fehma li d-dollaru ser ikompli jissaħħaħ u minħabba l-inċertezza dwar jekk ir-Renju Unit hux ser jikseb ftehim…

Barranin

Muniti L-Ewro tbaxxa għall-inqas rata fi 13-il xahar, il-muniti tas-swieq emerġenti komplew jitilfu u l-Yen tela’ għall-ogħla rata f’sitt ġimgħat għax il-waqgħa fil-valur tal-lira Torka wasslet biex l-investituri jfittxu muniti…

Lokali

Id-dollaru żdied għall-ogħla livell fi 13-il xahar kontra grupp ta’ muniti u kien hemm ukoll żieda tajba fir-rata tal-yen, bis-sentiment tal-investituri għar-riskju jonqos fost tensjonijiet globali kummerċjali li qed jiżdiedu…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żdied kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin hekk kif l-investituri huma tal-fehma li d-diskors dwar il-gwerra kummerċjali u l-ekonomija soda tal-Istati Uniti ser ikomplu jgħinu lill-munita. It-tensjonijiet kummerċjali qed…

Aktar