Barranin
Is-swieq dinjin b’negozju fqir qabel il-Milied

Muniti

Id-dollaru Awstraljan illum żamm sod qrib l-ogħla rata f’erba’ xhur u nofs minħabba l-ottimiżmu dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, waqt li l-Isterlina kienet fuq id-difiża hekk kif reġgħu tfaċċaw il-beżgħat dwar tluq kaotiku mill-Unjoni Ewropea. Madankollu l-movimenti kienu aktarx timidi hekk kif is-swieq kellhom negozju fqir qabel il-Milied. L-ewro tbaxxa xi ftit mal-muniti kollha bl-akbar tnaqqis ikun kontra l-Isterlina.

Indiċi

L-ishma dinjin kienu qrib l-ogħla prezzijiet rekord u baqgħu mexjin lejn l-aħjar sena f’10 snin, hekk kif l-aħħar wegħdiet ta’ illaxkar monetarju miċ-Ċina żiedu mal-ottimiżmu mqanqal minn sinjali ta’ ftehim fit-tilwima kummerċjali ta’ 17-il xahar mal-Istati Uniti.

L-ishma Ewropew kienu wkoll qrib il-livelli għolja rekord f’ġimgħa ta’ negozju mqassra minħabba l-btajjel, mgħejuna minn ottimiżmu dwar il-prospetti ekonomiċi globali fost il-progress fit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

L-ishma Ġappuniżi baqgħu bla moviment qabel il-btajjel tal-Milied, hekk kif xi investituri biegħu l-assi sabiex jiksbu l-profitti wara l-aħħar żidiet imqajma mill-ftehim preliminari bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Commodities

Il-prodotti essenzjali kienu negozjati pożittivament.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu f’negozju baxx qabel il-Milied wara li l-Ministru tal-Enerġija Russu qal li l-kooperazzjoni mal-OPEC biex ikun sostnut is-suq ser tkompli u hekk kif analisti qed ibassru tnaqqis għat-tieni darba fil-ħażniet taż-żejt mhux raffinat fl-Istati Uniti.

Il-metalli prezzjużi komplew bl-irkupru tagħhom, u komplew iżidu mal-prestazzjoni pożittiva tal-bieraħ. Il-fidda kompliet tmur aħjar mid-deheb għax kellha d-doppju taż-żieda tad-deheb.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’xahrejn kontra l-yen għal 119.94 yen kmieni matul il-jum. Il-munita unika tilfet ukoll kontra l-Frank Żvizzeru, għall-inqas livell fi 33 xahar ta’ 1.0683 frank kull…

Barranin

L-ewro llum baqa’ qrib l-inqas rata kontra d-dollaru f’seba’ ġimgħat wara li l-Bank Ċentrali Ewropew deher aktar kawt milli mistenni, waqt li l-ansejtà dwar l-imxija tal-coronavirus fiċ-Ċina tat spinta lill-yen, meqjus bħala…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.22% wara l-laqgħa mistennija tal-Bank Ċentrali Ewropew, waqt li l-yuan Ċiniż tbaxxa minħabba il-biża’ dwar it-tixrid tal-viarus. Ewro kien jiswa $1.1067. Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fl-inqas livell f’xahar fost aspettattivi li l-Bank Ċentrali Ewropew ser jadottaw ton kawt meta jiltaqa’ għada. Stħarriġ mill-Istitut ta’ Riċerka Ġermaniż, ZEW, wera li s-sentiment tal-investituri…

Aktar