Barranin
Is-swieq Ewropej żdiedu wara li l-kumpanija Gilead Sciences qalet li qed tara “data pożittiva” mill-provi fuq vaċċin

Muniti

Id-dollaru llum iddgħajjef kontra r-rival tiegħu, qrib l-inqas rata f’ġimagħtejn, hekk kif swieq finanzjarji b’saħħithom wasslu biex l-investituri jfittxu muniti li jrendu aktar.

Id-Dollaru tilef 0.43% kontra l-ewro għal $1.0866 qabel laqgħa tal-Bank Ċentrali Ewropew għada. L-aħbar ewlenija tal-jum kienet il-laqgħa tal-Federal Reserve fejn l-invesituri kienu qed jistennew ħjiel dwar il-politika monetarja futura wara li kien wieġeb għall-ħsara tal-Covid-19 bit-tnaqqis tar-rati tal-interessi, bix-xiri ta’ bonds u b’sostenn għas-swieq ta’ kreditu.

L-Isterlina tilfet kontra d-dollaru u kontra l-ewro hekk kif ir-Renju Unit ma wera ebda sinjali li ser jillaxka l-għeluq tal-ekonomija, anke jekk pajjiżi oħra Ewropej fasslu pjani biex jiftħu l-ekonomiji tagħhom, u b’hekk kabbru s-sentiment globali ta’ riskju.

Indiċi

Is-swieq Ewropej żdiedu llum wara li l-kumpanija bijofarmaċewtika Amerikana Gilead Sciences qalet li qed tara “data pożittiva” mill-provi fuq vaċċin.

Il-prezz bil-quddiem fuq l-indiċijiet tal-ishma fl-Istati Uniti wkoll żdiedu wara li Gilead Sciences ħabbret li l-mediċina sperimentali tagħha kontra l-virus laħqet l-għan li jibdew il-provi fuqha.

Sadattant, l-ekonomija Amerikana ċkienet fl-ewwel kwart tas-sena bl-akbar pass mir-Riċessjoni l-Kbira u b’hekk intemmet l-itwal espansjoni ekonomika fl-istorja. Statistika mid-Dipartiment tal-Kummerċ qal li l-prdotott domestiku gross waqa b’rata annwalizzata ta’ 4.8% bejn Jannar u Marzu.

Ishma

Kien hemm movimenti mħallta fil-qasam tal-ishma lokali llum. Il-Main Street Complex kellhom l-akbar tnaqqis ta’ 6.25%. L-RS2 Software tilfu 2.88% għal €2.02 kull sehem. Il-Malita Investments ntbaxxew bi 2.30% u l-Bank of Valletta naqqsu b’0.94%.

Fuq nota pożittiva kien hem mil-BMIT Technologies b’1.67%, l-HSBC Bank Malta bi 2% u Tigne Mall kellhom l-akbare żieda ta’ 16.44%.

Il-bonds lokali kienu b’mod ġenerali pożittivi bis-6PM Holdings 2025 u l-Pendergardens Developments 2022 It-Tieni Serje biss tilfu 4.55% u 0.48% rispettivament.

F’territorju pożittiv kien hemm il-Bortex Group Finance 2027 b’0.04%, il-Hili Properties 2025 b’0.50%, il-Hili Finance Company 2029 b’0.93%, il-Merkanti Holding 2026 b’1%. L-aħjar li marru kienu l-Mercury Projects Finance 2031 b’żieda ta’ 1.87%.

Il-prezzijiet taż-żejt avvanzaw illum wara li l-ħażniet fl-Istati Uniti żdiedu inqas milli kien mistenni u tbaxxew l-ħażniet tal-fjuwil b’sostenn jasal ukoll minn tamiet li d-domanda ser titjib hekk kif xi pajjiżi Ewropej u bliet fl-Istati Uniti resqin lejn tnaqqis fil-lockdown.

Skont statistika mill-American Petroleum Institute il-ħażniet taż-żejt mhux raffinat fl-Istati u Uniti żdiedu b’10 miljun barmil għal 510 miljun barmil fil-ġimgħa sal-24 ta’ April imqabbla ma’ tbassir ta’ 10.6 miljun barmil. Il-ħażniet tal-fjuwil tbaxxew b’1.1 miljun barmil imqabbla ma’ tbassir ta’ 2.5 miljun barmil.

Il-prezzijiet tad-deheb ftit kellhom moviment hekk kif l-ottimiżmu dwar l-illaxkar tal-ekonomiji saħħew assi oħrajn.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru wara li r-Renju Unit illaxka l-miżuri tal-lockdown, iżda l-pożizzjoni li l-Isterlina ser titbaxxa hija l-akbar f’aktar minn ħames xhur…

Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Aktar