Barranin
Is-swieq finanzjarji Ewropej qed jitħabtu bil-passi ħorox li ħadet l-Amerka kontra Huawei

Muniti

Id-Dollaru llum żamm iż-żidiet li kellu l-ġimgħa li għaddiet hekk kif l-investituri qed jistennew il-minuti tal-laqgħa tal-Federal Reserve li jistgħu jagħtu aktar ħjiel dwar x’wassal biex id-diretturi jieħdu atteġjament newtrali dan ix-xahar.

Il-minuti, li joħorġu nhar l-Erbgħa, huma mistennija li jagħtu ħjiel tal-laqgħa tal-1 ta’ Mejju li ddeċidiet li żżomm l-istess rati ta’ interessi u li wriet ftit li xejn opinjoni biex taġġusta r-rati kmieni waqt li nnotat it-tkabbir sod fl-impjiegi.

L-Isterlina telgħet xi ftit ‘il fuq mill-inqas livell f’ħames xhur hekk kif il-Prim Ministru Theresa May qed tagħmel l-aħħar attentant biex il-ftehim dwar Brexit jgħaddi mill-Parlament qabel ma tirriżenja, għalkemm ix-xettiċiżmu mill-oppożizzjoni Laburista llimitat iż-żieda.

Indiċi

Is-swieq finanzjarji Ewropej tħabtu quddiem il-passi ħorox Amerikani kontra l-kumpanija Ċiniża Huawei Technoloġies wara rapporti li l-kumpanija li tagħmel iċ-chips elettroniċi Ġermaniża, l-Infineon, waqqfet il-bejgħ lill-Huawei.

Twissija dwar il-profitt minn Ryanair ukoll tefgħet pressjoni fuq l-ishma tal-kumpaniji tal-ajru, u dan naqqas għal kollox l-impatt ta’ żieda fil-prezz tal-kumpaniji taż-żejt, riżultat ta’ żieda fil-prezz taż-żejt. L-iSTOXX 50 tbaxxa b’1.81%.

L-indiċi tal-bejgħ bil-quddiem tal-ishma fl-Istati Uniti tbaxxa llum minħabba tħassib dwar l-effett mill-passi kontra Huawei li tefa’ pressjoni fuq is-sentiment.

Il-prezzijiet taż-żejt issodaw qrib l-ogħla għal bosta ġimgħat hekk kif l-OPEC indikat li aktarx tkompli bit-tnaqqis fil-produzzjoni li għen sabiex jgħolli l-prezzijiet waqt li ż-żieda fit-tensjoni fil-Lvant Nofsani tat ukoll sostenn lill-prezz.

Il-Brent kellu żieda ta’ 4 cents għal $72.25 wara li kien laħaq it-$73.40 l-ogħla mis-26 ta’ April.

Il-United States West Texas Intermediate tilef 7 cents għal $62.69 wara li kien laħaq l-ogħla prezz fi tliet ġimgħat ta’ $63.81.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-yen illum baqa’ mwaħħal mal-inqas rata f’sitt ġimgħat kontra d-dollaru hekk kif sinjali li juru li l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed inaqqsu d-differenzi ta’ bejniethom dwar il-kummerċ qabel taħditiet kruċjali,…

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra d-dollaru, jum qabel ma l-Bank Ċentrali Ewropew huwa mistenni li jżid aktar stimulu monetarju biex jixpruna lill-ekonomija tar-reġjun. Ħames sorsi familjarji mad-diskussjoni…

Barranin

Muniti L-ewro żdied illum wara li rapport li l-Ġermanja aktarx li żżid l-istimulu fiskali kabbar it-tamiet li l-gvernijiet ser jaġixxu biex jixprunaw it-tkabbir fir-reġjun, għalkemm l-aspettattivi ta’ aktar illaxkar monetarju…

Barranin

Muniti Il-krona Svediża żdiedet sewwa llum wara li l-bank ċentrali qal li xorta jistenna li jissikka ċ-ċintorin fil-politika monetarja lejn l-aħħar tas-sena, b’sorpriża tas-swieq kummerċjali li wasslu qliegħ qawwi mill-munita…

Aktar