Barranin
Is-swieq jintlaqtu ħażin minħabba tħassib dwar mewġa ġdida tal-coronavirus

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank.

Muniti

Id-dollaru illum kien riesaq lejn l-aħjar ġimgħa tiegħu f’xahar, hekk kif qawmien mill-ġdid fil-każi tal-coronavirus laqat ħażin il-fiduċja f’irkupru ekonomiku rapidu u wassal biex investituri jmorru lejn is-sigurtà tal-munita ta’ riżerva dinjija.

It-tensjonijiet ġeopolitiċi fil-peniżola Koreana, fil-Ħimalayas u bejn iċ-Ċina u s-sħab kummerċjali tagħha, ukoll laqtu ħażin is-sentiment u l-bilanċ tar-riskju żamm il-movimenti modesti fl-Asja. Id-dollaru kien negozjat qrib l-ogħla f’ġimagħtejn kontra basket ta’ muniti u żdied 0.3% għal din il-ġimgħa, mhux ħafna iżda biżżejjed biex ikollu l-akbar żieda f’ġimgħa minn nofs Mejju.

L-ewro, li kien stabbli f’$1.1212 fin-negozju Asjatiku, tilef madwar 1.3% tal-valur tiegħu kontra d-dollaru min-nhar it-Tlieta li għadda. Bnadi oħra, l-Isterlina kienet frazzjoni ogħla mill-inqas rata f’ġimagħtejn ta’ $1.2432, taħt pressjoni hekk kif l-investituri qed ikunu anzjużi li l-Bank of England jista’ jkun li mhux qed jippjana li jixtri biżżejjed bonds biex jsostni l-fiduċja matul l-2021.

Ishma

L-ishma Ewropej fetħu ogħla illum qabel il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li ser jinnegozja l-fond ta’ rkupru tal-Unjoni Ewropea, bl-ishma tal-kumpanija Lufthansa jiżdiedu wara sinjali ta’ movement fil-pjan tal-gvern li jgħinha. Il-Kunsill Ewropew ser ikollu l-ewwel laqgħa biex jiddiskuti l-proposta tal-Kummissjoni biex tiġbor €750 biljun f’bonds biex iżidhom mal-infieq mill-baġit għal 1.1 triljun bejn l-2021-2027.

L-ishma fl-Asja u fl-Istati Uniti ftit iċaqilqu f’negozju imqalleb minħabba li t-tħassib li għadu sejjer dwar imxija ġdida tal-coronavirus qed jolqot ħażin it-tamiet ta’ rkupru ekonomiku mgħaġġel.

Kollox ma’ kollox, is-swieq intlaqtu ħażin din il-ġimgħa minn tħassib dwar mewġa ġdida tal-virus, b’xi investituri jnaqqsu l-ottimiżmu tagħhom dwar kemm l-ekonomija globali tista’ tirpila mill-pandemija.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt illum żdiedu aktar minn 1% maż-żidiet tas-sessjoni ta’ qabel, wara li l-OPEC u l-alleati wegħdu li jżommu l-impenji tagħhom dwar tnaqqis fill-provvista u żewġ kummerċjanti ewlenin taż-żejt qalu li d-domanda qed tirpilja sewwa.

Il-prezz bil-quddiem tal-Brent żdied 61 cents, jew 1.5%, għal $42.12 kull barmil kmieni dalgħdu, l-ogħla għal aktar minn ġimgħa.Il-United States West Texas Intermediate żdied  60 cents, jew 1.5%, għal $39.44 kull barmil… It-tnejn żdiedu madwar 2% ilbieraħ u resqin lejn żieda f’ġimgħa ta’ 9%.

Il-pjani tal-Iraq u l-Każakstan biex ipattu għal produzzjoni żejda matul Mejju aktar mill-impenji tagħhom dwar it-tnaqqis fil-produzzjoni sostnew is-suq. Il-wegħdiet waslu fil-laqgħa ta’ panel li jimmonitorja l-konformità mill-OPEC u l-alleati.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu ftit illum bid-domanda mgħejjuna minn tħassib dwar tieni mewġa tal-coronavirus, għalkemm  iż-żidiet kienu limitat minn dollaru aktar b’saħħtu.

Żieda fl-għadd ta’ infezzjonijiet f’għadd ta’ stati Amerikani u l-impożizzjoni ta’ kontrolli fuq l-ivvjaġġar f’Beijing biex iwaqqfu imxija ġdida qawmu l-biża ta’ ittardjar fl-irkupru ekonomija hekk kif il-pajjiżi qed jiftħu l-ekonomiji.

It-tensjonijiet ġeopolitiċi dejjem jiżdiedu bejn il-Korea ta’ Fuq u l-Korea t’Isfel, u bejn l-Indja u ċ-Ċina ukoll taw xi sostenn lid-deheb, li ta’ spiss jintuża bħala assi sikura matul żminijiet ta’ inċertezza politika u finanzjarja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar