Barranin
Is-swieq jittamaw għal żviluppi fit-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina

Muniti li huma meqjusa bħala siguri bħal Yen żdiedu llum wara ċifri batuti dwar il-bejgħ bl-imnut fl-Istati Uniti u hekk kif is-swieq qed jittamaw li jkun hemm żviluppi fit-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Ir-riżultati tal-laqgħa tal-lum bejn is-Segretarju tat-Teżor Amerikan Steve Mnuchin u l-President Ċiniż Xi Jinping tista’ tkun importanti għall-investituri fil-kambju barrani.

Is-swieq kmieni din il-ġimgħa kienu ferħana bil-kummenti tal-President Trump iżda n-nuqqas ta’ progress baxxa s-sentiment ta’ riskju u b’hekk waqa’ d-Dollaru Awstraljan, li jiddependi ħafna fuq l-esportazzjoni bejn iċ-Ċina.

Iċ-ċifri dwar l-inflazzjoni fiċ-Ċina kienu batuti u llum dan wasal għal waqgħa fil-prezzijiet tal-ishma Ewropej bl-akbar milquta kienu l-ishma tal-karozzi u l-indiċi Ġermaniż, id-DAX. Dan l-indiċi, l-aktar sensittiv għaċ-Ċina għax għandu proporżjon kbir ta’ esportaturi, tilef 0.6% bil-manifatturi tal-karozzi BMW, Daimler u Volkswagen l-akbar telliefa.
L-ISTOXX 600 rnexxielu ma jkollu ebda ċaqliq għaż-żidiet fis-setturi tat-telekomunikazzjoni u industrijali għenu jibbilanċjaw il-pressjoni miċ-Ċina.

Il-prezzijiet taż-żejt Brent tbaxxew mill-ogħla livell tal-2019 ta’ $65 milħuq kmieni l-Ġimgħa, hekk kif it-tħassib ekonomiku patta għat-tnaqqis fil-produzzjoni mill-OPEC u l-għeluq parzjali tal-akbar bir taż-żejt fl-ibħra tal-Arabja Sawdija. Il-Brent li huwa r-referenza internazzjonali jinsab qrib l-ogħla livell fi tlitt xhur u riesaq lejn żieda ta’ 4% din il-ġimgħa.

Il-prezz bil-quddiem għall-United States West Texas Intermediate żdied 4 cents għal $54.45.

L-investituri qalu li l-prezzijiet kienu msaħħa mill-għeluq parzjali tal-bir taż-żejt tal-Arabja Sawdija li għandu potenzjal ta’ aktar minn miljun barmil żejt kuljum.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-Dollaru llum żamm iż-żidiet li kellu l-ġimgħa li għaddiet hekk kif l-investituri qed jistennew il-minuti tal-laqgħa tal-Federal Reserve li jistgħu jagħtu aktar ħjiel dwar x’wassal biex id-diretturi jieħdu atteġjament…

Barranin

Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’ġimagħtejn kontra l-muniti rivali, sostnut minn statistika ekonomika tajba ferm mill-Istati Uniti u żieda fid-dħul tal-bonds tat-Teżor. L-indiċi tad-Dollaru kontra grupp ta’sitt muniti ewlenin ftit…

Barranin

Muniti L-Ewro llum żdied kontra d-Dollaru u l-Isterlina hekk kif kienet irtirata theddida Amerikana ta’ tariffi kontra l-karozzi, għalkemm iż-żieda fir-rata kienet limitata minn inċertezza dwar l-elezzjonijiet Parlamentri Ewropej tal-ġimgħa…

Barranin

Muniti L-ewro żdied b’0.15% għal $1.1238; madankollu mbagħad irtira għal $1.1212. Il-munita unika kienet reżiljenti minkejja l-aħħar sensiela ta’ tensjonijiet kummerċjali u x’aktarx dan seħħ minħabba persuni li kienu qed…

Aktar