Barranin
It-taħdit dwar Brexit jimmina l-Isterlina

Muniti Kontra l-Ewro

L-Isterlina llum tilfet kontra d-Dollaru, għax l-investituri huma mħassba dwar l-inċertezza politika fir-Renju Unit għax jidher li l-Prim Ministru Theresa May qed ikollha sfida ġdida biex tħaddem il-pjani tagħha dwar il-Brexit.

Wara rapporti fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet li May għandha quddiemha sfida għat-tmexxija tal-partit, il-Kumitat Kostituzzjonali tal-House of Lords qal illum li l-leġiżlazzjoni ta’ May biex ittemm is-sħubija fl-Unjoni Ewropea għandha “difetti fundamentali”. Ir-Renju Unit mistenni li joħroġ mill-Unjoni fid-29 ta March 2019, iżda hemm firdiet kbar fi ħdan il-gvern u fil-Partit Konservattiv dwar x’forma ta’ relazzjoni ser ikun hemm flok is-46 sena ta’ sħubija.

Sa issa, madankollu, dawn il-firdiet ma jidhrux li ħarbtu lill-investituri, bil-munita tiżdied kemm kontra d-Dollaru kif ukoll fuq il-bażi tal-kummerċ minn tmiem is-sena li għaddiet.

Id-Dollaru Awstraljan tbaxxa mill-ogħla rati f’sentejn u nofs hekk kif spekulaturi ħadu l-qligħ mill-pożizzjonijiet tad-Dollaru Amerikan waqt li jħejju ruħhom għal rapport importanti dwar l-inflazzjoni domestika aktar tard din il-ġimgħa.

L-Ewro tbaxxa, l-aktar kontra d-Dollaru Amerikan il-Yen u l-Frank.

Indiċijiet

Riżultati mill-aqwa mill-manifattur taċ-chips tal-kompjuters, AMWS, u ftehim ieħor kbir fil-qasam tal-farmaċewtika ddomindaw in-negozju fl-ishma fl-Ewropa fil-bidu ta’ ġimgħa ta’  rapporti finanzjarji mill-kumpaniji.

L-Ewro, li s-saħħa tagħha naqqset il-valur tal-ishma, tbaxxiet mir-rati għoljin ta’ dan l-aħħar, iżda l-ISTOXX 50 ma kellu ebda ċaqliq hekk kif l-investituri qed jistennew ir-riżultati mill-kumpaniji.

L-indiċijiet maġġuri l-oħra wkoll ma wrewx ċaqliq u iżda li kellha l-akbar ċaqliq kien l-indiċi tal-Borża ta’ Malta b’żieda ta’ 0.32%.

Ishma Lokali

Mis-sessjoni tal-ishma lokali, l-International Hotel Investments u l-RS2 Software it-tnejn kellhom żieda – tal-aħħar 1.4% u ta’ qabel aktar mid-doppju. Il-Malta International Airport tilfu 0.41% bit-telf fil-Medserv ikun kważi d-doppju.

Bonds Lokali

Il-bonds tal-International Hotel Investments li jagħlqu fl-2025 u l-Eden Finance it-tnejn kellhom żieda ta’ kważi 1%. Il-Bank of Valletta 2030 (it-tieni serje) tilfu kwazi 1% waqt li l-Bank of Valletta 2019 tilfu 1.73%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt tbaxxa taħt is-$70 kull barmil illum wara produzzjoni li qed tiżdied mill-Istati Uniti qed timmina l-isforzi tal-OPEC u r-Russja li jnaqqsu l-provvisti, iżda l-prezzijiet xorta resqin lejn l-aħjar bidu tas-sena f’ħames snin.

Il-prezz bil-quddiem tal-Brent tilef 77 cents għal $69.75 waqt li l-West Texas Intermediate kien 44 cents inqas għal $65.70.

Sa issa dasn ix-xahar ra lill-prezz tal-Brent jitla’ għal 6.3%, l-akbar żieda f’Jannar mill-2013.

Il-prezz tad-deheb waqa’ llum hekk kif irkupru fid-dollaru u żieda fid-dħul mill-bonds għall-ogħla livell f’bosta snin wasslu xi xerrej biex ibiegħu d-deheb u jieħdu l-qligħ wara is-sitt żieda f’ġimgħa f’seba ġimgħat.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru ddgħajjef xi ftit fost xiri u bejgħ wara li l-inflazzjoni tal-konsumatur fl-Istati Uniti kienet kważi kif stmata, bl-inflazzjoni ewlenija minn sena għal sena titbaxxa xi ftit. L-Ewro żdied b’0.12%…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan qed jieħu ftit tan-nifs wara li laħaq l-ogħla livell għall-2018 fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Madankollu, ir-raġuni għal pawża mhijiex minħabba l-politika dwar l-ekonomija Amerikana, il-politika tal-Federal Reserve…

Barranin

Id-Dollaru żdied wara li laħaq l-ogħla livell f’sena fost dgħufija fl-Ewro u l-Isterlina, hekk kif in-negozjati dwar Brexit huma weqfin u t-tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku qajjem aktar dibattitu dwar il-projezzjonijiet…

Barranin

Id-Dollaru qed ikun negozjat biex jirkupra xi ftit fis-sessjoni Ewropea hekk kif is-swieq kienu qed jistennew id-deċiżjoni dwar ir-rata tal-interessi mill-Federal Reserve aktar tard. Illum kien id-Dollaru Awstraljan l-aktar b’saħħtu…

Aktar