It-taħditiet ta’ Brexit żammew lura lill-investituri milli jixtru l-Isterlina

L-Isterlina baqgħet imwaħħla qrib id-$1.31 hekk kif it-taħditiet dwar il-Brexit tkomplew llum bejn il-Gvern Ingliż u l-Oppożizzjoni Laburista u l-investituri ma tantx kienu ħerqana li jixtru l-munita. In-negozjati dwar it-termini ta’ Brexit, partikularment ix-xeħta tal-unjoni doganali, qed jiddeċiedu d-direzzjoni tal-Isterlina.

Ir-rata tal-ewro kontra d-dollaru baqgħet taħt pressjoni qrib id-$1.1180. Ir-rata tilfet l-ottimiżmu iniżjali u baqgħet bejn id-$1.1190 u d-$1.1180. Il-munita unika ma rnexxielhiex iżomm s-sentiment tajjeb tal-bidu u daħlet fi pressjoni ta’ bejgħ lejn l-inqas rata tal-ġimgħa.

Indiċi

L-ishma fl-Ewropa ftit li xejn kellhom bidla kmieni llum bis-swieq finanzjarji ta’ Londra fuq quddiem bit-telf hekk kif l-investituri rritornaw mill-btala twila biex jistudjaw għadd ta’ rapporti finanzjarji minn kumpaniji u jistennew għal żvilupp fit-taħditiet bejn k-Istati Uniti u ċ-Ċina.

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu aktar baxxi hekk kif it-tħassib kontinwu dwar it-tilwima kummetrċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina tefa’ lura is-sentiment tal-investituri.

Ishma

Fil-Borża ta’ Malta, il-Malta International Airport illum żdiedu bi 2.94% segwiti minn RS2 Software bi 2.53%. Kien hemm tnaqqis ta’ 2.30% fil-Malita Investments u 1.35% fil-GO li tbaxxew għal €4.40.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Mediterranean Investments Holding 2020 kellhom l-akbar żieda ta’ 2.33%. Il-GAP Group 2022, żdiedu b’1.70%, il-Bank of Valletta b’1.37%.

F’territorju negattiv kien hemm il-GAP Group 2023 bi 2.82%, segwiti minn Mercury Projects Finance 2031 b’0.33%.

Commodities

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew hekk kif id-dubji li reġgħu qamu dwar it-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina qajmu tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku globali, iżda s-sanzjonijiet mill-Istati Uniti kontra l-Veneżwela u l-Iran naqqsu l-provvista u b’hekk illimitaw it-telf.

Il-Brent tilef 1.1% għal $70.43 kull barmil bil-United States West Texas Intermediate tilef 0.9% għal $61.68.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa llum, hekk kif id-dħul mill-bonds tat-Teżor komplew jilħqu livelli baxxi ġodda, u l-investituri qed jaħsbu bis-sħiħ li l-Federal Reserve ser inaqqas ir-rati tal-interessi biex itaffi l-impatt tal-coronavirus…

It-telf tal-Isterlina kompla hekk kif l-investituri naqqsu l-investment minħabba biża’ li l-baġit tal-Ministru tal-Finanzi ġdid fir-Renju Unit Rishi Sunak f’Marzu jista’ jiddiżappunta dawk li qed jistennew żieda fin-nefqa pubblika. Id-dollaru…

Barranin

Muniti Bl-esportazzjoni inżammet lura l-attività ekonomika fil-Ġermanja fir-raba’ kwart tal-2019. Dan jikkonferma li l-akbar ekonomija fiż-żona euro kienet diġà qed tistaġna ferm qabel l-imxija tal-coronavirus. L-ewro tilef 0.15% kontra d-dollaru…

L-ewro tbaxxa qrib id-$1.08 u d-Dollaru Awstraljan tbaxxa għall-inqas rata fi 11-il sena hekk kif l-imxija tal-coronavirus barra ċ-Ċina qed twassal għal biża’ ta’ pandemija u wasslet biex investiture jmorru…

Aktar