Barranin
It-tama li r-Renju Unit u l-UE jilħqu ftehim fil-qasam kummerċjali ssaħħaħ l-Isterlina

Id-dollaru tbaxxa għal ħames jum konsekuttiv hekk kif inqas tħassib dwar kunflitti kummerċjali kabbru s-sentiment favur muniti aktar riskjużi, għalkemm in-negozju fqir ta’ tmiem ix-xahar illimita t-tnaqqis.

L-Istati Uniti u l-Kanada esprimew ottimiżmu li huma jistgħu jilħqu ftehim tan-NAFTA ġdid sa nhar il-Ġimgħa, għalkemm il-gvern Kanadiż qal li għad baqa’ xi kwistjonijiet iebsin.

L-Isterlina kienet fuq quddiem il-muniti li żdiedu llum wara tamiet li r-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea ser jilħqu ftehim dwar ir-rabtiet kummerċjali futuri qabel ma jseħħ il-Brexit. In-negozjatur ewlieni tal-Unjoni Ewropea, Michel barnier qal li l-Unjoni hija lest li toffri lir-Renju Unit relazzjoni mill-qrib bla preċedent, iżda l-l-Unjoni għandha tipprepara għal Brexit mingħajr ftehim.

L-Ewro baqa’ sod kontra d-dollari qrib il-livelli ta’ $1.17 hekk kif l-investituri qed jaħsbu li żieda fis-sentiment tar-riskju ser jagħti spinta lill-ewro għalkemm it-tnaqqis fl-inflazzjoni fil-Ġermanja ufi Spanja illimitawiż-żidiet.

L-Ewro tilef kontra l-Isterlina b’0.17%; 0.39% kontra l-Yen u 0.21% kontra l-Fran Żvizzeru. Iżda l-munita unika żdiedet 0.03% kontra d-Dollaru Awstraljan u 0.20% kontra d-Dollaru Kanadiż.

Indiċi

L-ishma Ewropej irtiraw, u segwew tnaqqis li deher fin-negozju fl-Ażja hekk kif id-dgħufija fis-swieq Ċiniżi naqqset l-ottimiżmu li ftehim dwar in-NAFTA jista’ jintlaħaq sa nhar il-Ġimgħa.

Il-FTSE 100 tilef 0.60%; l-iSTOXX 0.69% u d-DAX tilef 0.47%. Il-CAC 40 kellu tnaqqis ta’ 0.03%.

Id-Dow Jones fetaħ bi tnaqqis ta’ 0.22% waqt li kien hemm żieda ta’ 0.134% fl-Indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Ishma

 Fis-sessjoni tal-ishma lokali, MIDI kienu fuq quddiem fost dawk li żdiedu b’żieda ta’ kważi 6%. Oħrajn kellhom żidiet modesti qrib il-1%, bil-Plaza, l-RS2 Software u l-Lombard Bank żdiedu bejn 0.97% u 0.83%. F’territorju negqattiv kien hemm il-Maltapost u l-Medserv li tilfu 2.42% u 3.67% rispettivament.

Bonds

Il-bonds ta’ 6PM Holdings 2025 illum żdiedu b’1% segwiti fil-qrib minn dawk tal-Bank of Valletta li żdiedu bi ftit inqas minn 1%.  Il-bonds ta’ Hal Mann Vella u Hili ukoll kienu f’territorju pożittiv.

F’territorju negattiv, il-bonds Stivala tilfu 0.67% waqt li l-International Hotel Investments 2026 tilfu 0.9%. In-1923 Investments 2024 tilfu 1.41%.

Commodities

Il-prezzijiet taż-żejt għolew u estendew iż-żidiet wara żieda fl-evidenza ta’ tfixkil fil-provvista taż-żejt mill-Iran u l-Veneżwela u wara waqgħa fil-ħażniet Amerikani.

Iż-żejt Brent żdied b’0.47% għal $77.64 kull barmil waqt li l-U.S. Light crude wera żieda ta’ 0.59% għal $69.92.

Fil-metalli prezzjużi, id-deheb wera tnaqqis ta’ 0.10% għal €1,205.87 u l-fidda tilfet 0.86% għal $14.68 kull uqija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-Dollaru reġa’ waqa’ għall-inqas livell f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti ewlenin hekk kif naqas it-tħassib dwar l-impatt tat-tilwima kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti. Is-swieq finanzjarji issa qed…

Barranin

Id-Dollaru resaq lejn l-inqas rata f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti oħrajn, waqt li l-muniti bbażati fuq l-prodotti essenzjali avvanzaw wara serħan li l-aħħar rawnd ta’ tariffi mħabbra miċ-Ċina u…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żamm qrib l-inqas rati f’seba’ ġimgħat kontra r-rivali tiegħu waqt li muniti riskjużi żdiedu wara li l-President Trump kabbar it-tilwima maċ-Ċina bl-impożizzjoni ta’ tariffi ta’ 10% fuq madwar…

Barranin

Id-Dollaru llum tilef iż-żidiet bikrija u tbaxxa waqt li l-muniti tas-swieq emerġenti tilfu kważi nofs punt perċentwali hekk kif l-investituri qed jistennew il-mossa li tmiss fit-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti…

Aktar