It-tama ta’ ftehim fit-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina tħalli effett pożittiv fuq id-Dollaru

Id-Dollaru kien riesaq lejn l-itwal perjodu ta’ żidiet f’sentejn, hekk kif tamiet ta’ ftehim fit-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u ftehim tentattiv biex ikun skansat għeluq tad-dipartiment tal-Gvern fl-Istati Uniti għamlu kuraġġ lill-investitur biex jixtru l-munita.

Fi tmiem l-2018, id-Dollaru kien qed jinxtara għal żmien qasir mill-hedge funds, għax l-investituri kellhom tamiet qawwija li l-Federal Reserve ser jagħmel pawsa fil-pass taż-żidiet fir-rati tal-interess u li ekonomiji maġġuri oħra ser juru tkabbir malajr.

Iżda waqt li l-Federal Reserve ma bidilx ir-rati x-xahar l-ieħor, ir-raġuni biex jinxtraw l-Ewro u l-Isterlina ddgħajfet. L-istatistika ekonomika fl-Ewropa ħżienet u t-tħassib dwar il-Brexit qed jikkastiga lill-Isterlina.

Indiċi

L-ishma Ewropej fetħu ogħla llum hekk kif l-investituri laqgħu b’ferħ sinjali ta’ kompromess dwar in-nuqqas ta’ ftehim fl-iffinanzjar tal-Gvern Amerikan u sinjali pożittivi dwar it-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, waqt li r-riżultati finanzjarji tal-kumpanija tat-tajers Michelin taw spinta lill-ishma tal-kumpanniji fis-settur.

L-iSTOXX 50 żdied b’0.79%; id-DAX b’1.1% u l-CAC b’0.8%.

Ishma

Fir-rigward tal-ishma lokali,il-Malta Properties Company kellhom żieda ta’ 3.50% waqt li l-GlobalCapital żdiedu bi 2.40%. Il-PG żdiedu bi 2%. F’territorju negattiv kien hemm l-HSBC Bank Malta li tilfu 2%.

Bonds

Fis-settur tal-bonds lokali, kien hemm żieda ta’ 1.40% fil-Bank of Valletta 2020 u telf ta’ 0.76% fl-iStivala Group Finance 2027.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu b’aktar minn 2%, mgħejjuna mit-tnaqqis fil-produzzjoni mill-OPEC, li skont l-Għarabja Sawdija ser jkun aktar minn nofs miljun barmil kuljum, u mis-sanzjonijiet Amerikani kontra l-Iran u l-Veneżwela.

Aħbarijiet Oħra

Uffiċjali għolja Ċiniżi u mill-Istati Uniti jinsabu maqbudin f’taħditiet dwar id-dettalji ta’ sett ta’ ftehimiet bil-għan li jtemmu t-tilwima kummerċjali bejniethom, ġimgħa biss qabel mal-Gvern Amerikan jimponi tariffi ogħla. Jekk…

Barranin

Muniti L-ewro żdied illum wara diversi stħarriġ wrew li l-attività tan-negozji sorprendentement kienet soda matul Frar, partikolarment fi Franza waqt li d-Dollaru Awstraljan tbaxxa wara li port Ċiniż ipprojbixxa l-importazzjoni…

Id-dollaru llum ħa pawsa hekk kif l-investituri qgħadu jsitennew il-ħruġ tal-minuti tal-laqgħa tal-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż żdied wara li l-Istati Uniti għamlu pressjoni fuq iċ-Ċina biex jevitaw dgħufija…

Barranin

Muniti L-Isterlina żammet ‘il fuq minn $1.29 llum wara li statistika dwar is-suq tax-xogħol wriet li t-tkabbir fil-paga tal-ħaddiema żamm l-istess pass mgħaġġel  fi tmiem l-2018, bl-investituri iffukati mal-ewwel fuq…

Aktar