Barranin
It-tensjoni bejn l-akbar 2 ekonomiji fid-dinja tolqot is-suq finanzjarju fl-Ewropa

It-tnaqqis fil-valur tad-dollaru ħa pawsa u l-yen, meqjus bħala munita sigura żdied għall-ogħla livell f’xahar, hekk kif it-tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed jikbru wara li ċ-Ċina ordnat lill-Istati Uniti biex tagħlaq il-konsolat f’Chengdu bħala ritalazzjoni għall-għeluq tal-konsolat tagfħha f’Texasd.

L-ewro baqa’ sod, iżda investituri anzjużi baxxew lid-dollari tal-Awstralja u ta’ New Zealand mill-livelli għoljin ta’ bosta xhur. Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Ċiniż ħabbar li qal lill-ambaxxata Amerikani biex tagħlaq il-konsolat fil-belt ta’ Chengdu, jiem wara li Washington bla mistenni ordnat l-għeluq tal-konsolat Ċiniż fi Houston.

Id-dollaru Awstraljan tbaxxa b’wieħed minn ħamsa ta’ punt perċentwali għal $0.7086 kontra d-dollaru Amerikan. Il-munita Awstralja għandha żieda ta’ 1.3% għal din il-ġimgħa iżda tinsab kważi cent taħt l-ogħla rata fi 15-il xahar milħuqa nhar l-Erbgħa. Il-Frank Żvizzeru, munita sigura oħra, laħqet l-ogħla rata f’erba’ xhur ta’ 0.9239 kull dollaru. Statistika dwar l-impjiegi fl-Istati Uniti, li kienet agħar milli mistennija, laqtet ħazin lis-swieq finanzjarji Amerikani matul il-lejl. L-Isterlina żammet iż-żidiet bikrin tal-ġimgħa għal $1.2733.

Is-swieq finanzjarji fl-Ewropa irtiraw llum minħabba li ż-żieda fit-tensjoni bejn l-akbar żewġ ekonomija fid-dinja laqtet ħażin lis-sentiment. L-iSTOXX 600 tilef 1.4% fil-bidu tan-negozju, bl-ishma tat-teknoloġija jitilfu 3% biex ikunu fuq quddiem fit-telf fs-setturi kollha u l-boroż maġġuri daħlu f’territorju negattiv.

Ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea komplew bid-differenzi tagħhom dwar ftehim prospettiv dwar ir-relazzjoni kummerċjali ta’ bejniethom wara Brexit hekk kif iż-żmien biex jintlaħaq ftehim tqassar lejn Settembru. lIn-negozjatur ewlieni tal-Unjoni, Michel Barnier wissa li ma sar ebda progress fuq il-kwistjonijiet ewlenin u jidher li ftit hemm ċans li jintlaħaq ft4ehim kummerċjali. In-negozjatur ewlieni Ingliż, David Frost, qal li hemm 50% ċans li jintlaħaq ftehim, u bl-istess mod li ma jintlaħaqx. Huwa qal li ftehim għad jista jintlaħaq sa Settemrbu.

Kien hemm tnaqqis ta’ 2% fil-prezzijiet taż-żejt ilbieraħ hekk kif l-investituri tħassbu lil l-Kungress Amerikan ma jaqbilx dwar pakkett ta’ stimulu u hekk kif kiber il-qgħad, waqt li analisti qed iħejju biex inaqqsu t-tbassir dwar d-domanda għall-enerġija hekk kif qed jikber in-numru ta’ każi ġodda ta’ koronavirus.

Dan it-tnaqqis fil-prezz ġara minkejja nlbenefiċju ta’ tnaqqis fid-dollaru għall-inqas rata fi 22 xahar. Il-Brent tilfu 98 cent, jew 2.2% għal $43.31 kull barmil. Il-United States West Texas Intermediate tilef 83 cent, jew 2.0%, għal $41.07.

Id-dollaru kien qed jiġi nnegozjat fl-inqas rata minn Settembru 2018 kontra grupp ta’ muniti. Dollaru aktar dgħajjef is-soltu jixpruna l-bejgħ ta’ prodotti denominati bid-dollaru bħaż-żejt, għaliex huma jsiru orħos għal dawk b’muniti oħra. Iżda ċifri dgħajjef dwar il-qgħad fl-Istati Uniti u żieda fil-każi tal-koronavirus tefgħu pressjoni fuq il-prezz taż0żejt u l-boroż finanzxjarji.

Il-prezz tad-deheb ser itemm il-ġimgħa bl-akbar żieda f’ġimgħa f’aktar minn tliet xhur hekk kif issoda qrib l-ogħla livell f’disa’ snin. Huwa bbenefika minn dollaru dgħajjef u mill-aspettattivi ta’ inflazzjoni minħabba l-istimulu biex jgħin lill-ekonomija imkissra mill-virus.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu aktar minn 4% din il-ġimngħa, u dan wassal għall-itwal perjodu ta’ żieda fil-prezz minn tard fl-2011. Il-fidda ukoll riesqa lejn l-aħjar ġimgħa mill-1987, minħabba tama qawwija ta’ rkupru fl-attività industrijali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro illum kien dgħajjef kontra l-muniti kollha, għalkemm huwa kellu xi żidiet kontra l-muniti Nordiċi. L-isterlina ssaħħet għall-ogħla rata f’ħames xhur kontra d-dollaru u riesqa lejn id-$1.32 wara li…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank: Muniti L-isterlina tbaxxiet u tilfet iż-żidiet bikrin wara li d-dollaru Amerikan żdied kontriha, waqt li l-biża’ tat-tieni mewġa ta’ coronavirus…

Barranin

Insellmilkom din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank Muniti Id-dollaru llum waqa’ għall-inqas rata f’sentejn u riesaq lejn l-agħar tnaqqis f’xahar f’perjodu…

Barranin

L-ewro rtira wara jumejn żieda kontra d-dollaru, hekk kif il-Ġermanja rrapportat produzzjoni ekonomika diżappuntanti għat-tieni kwart tas-sena u l-Federal Reserve żamm l-appoġġ tiegħu għall-ekonomija Amerikana. L-ewro jidher li ser jagħlaq…

Aktar