It-tensjoni bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina taffettwa l-ishma Ewropej

Id-dollaru waqa’ għall-inqas rata f’ġimgħa kontra grupp ta’ muniti, b’analisti jirrimarkaw dwar ir-reżiljenza tas-swieq tal-ishma u n-nuqqas ta’ ftehim dwar stimulu addizzjonali għall-ekonomija tal-Istati Uniti bħala raġunijiet għad-dghufija tal-munita.

L-Isterlina ssaħħet kontra d-dollaru, sostnuta mid-dgħufija tal-munita Amerikana hekk kif l-investituri ma tawx kas tal-istatistika ekonomika ħażina li ħarġet illum iżda baqgħu kawti dwar il-prospetti fit-tul għar-Renju Unit, qabel Brexit u t-tmiem tal-għajnuna tal-gvern dwar l-impjiegi minħabba l-pandemija.

L-ewro żdied kontra l-muniti ewlenin kollha, iżda tilef xi ftit kontra l-Isterlina aktar b’saħħitha. L-akbar żieda kienet kontra l-yen.

Indiċi

L-S & P 500 u d-Dow Jones tbaxxew mal-ftuħ tan-negozju hekk kif it-talbiet għall-benefiċju tal-qgħad tbaxxew inqas minn miljun il-ġimgħa li għaddiet, iżda dak aktarx kien minħabba t-tmiem tas-suppliment ta’ $600 fil-ġimgħa li skoraġixxa bosta li jitolbu l-benefiċju.

L-ishma Ewropej waqgħu hekk kif qed tikber it-tensjoni bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, u n-nuqqas ta’ ftehim dwar l-istimulu fiskali fl-Istati Uniti, li wasslu lill-investituri biex jbiegħu l-ishma għal profitt wara erba sessjonijiet ta’ żieda waqt li l-ishma tal-kumpanija Airbus tbaxxew hekk kif l-Gvern Amerikan ma bidilix it-tariffi fuq l-ajruplani. It-telf fl-indiċijiet fl-Ewropa kien ftit aktar minn 0.5%, waqt li l-Londra kienet qed titlef qrib il-1.2% wara nofsinhar. L-indiċi Ġappuniż bil-kemm laħaq territorju pożittiv. L-indiċi lokali tilef 1.5%.

Ishma

Fl-ishma lokali, l-unika indikazzjoni pożittiva kienet mill-HSBC b’1.19%. L-ishma negozjati l-oħra jew tilfu jew bla ebda ċaqliq fil-prezz. L-inqas tnaqqis kien fl-ishma ta’ Simonds, Farsons Cisk, li tilfu 1.32%. il-Mapfre, il-Midi, l-International Hotel Investments u dawk ta Tigne Malta tilfu bejn 5% u 0%. L-akbar tnaqqis kien fit-Trident Estates bi 11.38%.

Bonds

Il-bonds lokali kienu aktar bilanċjati hekk kif żewg bonds żdiedu fil-prezz waqt li tlieta tbaxxew. Il-Malta Investments Holdings u l- Mediterranean Maritime Hub Finance żdiedu 1.25% u 0.97% rispettivament. L-International Hotel Investments tilfu 0.05%, waqt li l-SP Finance tilfu 0.45%. L-akbar tnaqqis ta’ madwar 3% kien fil-Hal Mann Mann bonds.

Il-prezzijiet taż-żejt b’mod ġenerali żammew sodi wara li l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija baxxiet it-tbassir għad-domanda għaż-żejt għal din is-sena wara restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar bla preċedent u statistika li turi tnaqqis fil-ħażniet Amerikan tat xi sostenn. Id-deheb kien qed jiġi nnegozjat pożittivament bil-prezz ta’ $1934.6 żieda ta’ 0.88%. Il-fidda kellha żieda ta’ 3.69%

Aħbarijiet Oħra

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank. Muniti Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib…

L-Isterlina żdiedet wara li l-Ministru tal-Finanzi Ingliż, Rishi Sunak ħabbar skema ta’ sostenn għall-impjiegi, iżda qal li l-gvern ma jistax isalva kull  impjieg. F’sessjoni mqallba, l-Isterlina baqgħet ‘il fuq minn…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Il-President Amerikan Donald Trump ħabbar sensiela oħra ta’ għajnuna minħabba l-pandemija lill-bdiewa ta’ madwar $13-il biljun. Huwa ħabbar dan f’rally elettorali f’Wisconsin meta din l-għajnuna hija għal settur importanti f’wieħed…

Aktar