It-tensjoni bejn l-Istati Uniti u l-Iran taffettwa l-prezz tad-deheb

L-ewro estenda ż-żieda tiegħu matul il-ġimgħa li għaddiet, meta żdiedb’1.4% u għola 0.15% għal $1.1386, l-ogħla rata mit-22 ta’ Marzu u llum qed ikun innegozjat f’$1.1290. Kontra l-Isterlina, l-ewro żdied aktar bi 0.2% għal 89.46 pence, mhux il bogħod minn 89.74 pence lli kien l-ogħla livell f’ħames xhur li l-munita unika laħqet il-ġimgħa li għaddiet.

L-isterlina irtirat mill-ogħla rata f’xahar illum milquta l-aktar mill-bejgħ qawwi lejn id-dollaru, bl-investituri ftit li xejn ħerqana li jinvestu bil-kbir fl-isterlina qabel il-konklużjoni tal-elezzjoni tal-mexxej tal-Partit Konservattiv. Għalkemm atteġjament inqas radikali mill-Bank of England il-ġimgħa li għaddiet ta xi sostenn lill-munita Ingliża, il-movimenti tagħha fil-jiem li għaddew kienu mmexxija minn żviluppi f’pajjiżi oħra.

Id-dollaru llumn tbaxxa kontra r-rivali tiegħu wara li l-gġimgħa li għaddiet kellu l-akbar waqgħa f’ġimgħa f’erba’ xhur hekk kif il-Federal Reserve fetaħ il-bieb għal tnaqqis fir-rati tal-interess, anke sa lulju li ġej.

Indiċi

Twissija dwar il-profitti mill-kumpanija Daimler li tipproduċi l-Mercedes Benz tappnet is-swieq finanzjarji Ewropej illum, hekk kif investituri fittxew direzzjoni lejn is-samit tal-G20 din il-ġimgħa li jlaqqa lill-mexxejja tal-Istati Uniti u ċ-Ċina wara pawsa twila fit-taħditiet. Dan ġibed ‘l isfel bosta ishma fis-settur awtomobilistiku u d-DAX tilef aktar minn 0.4%. L-iSTOXX 50 tilef aktar minn 0.20%.

L-indiċijiet ewlenin f’Wall Street dehru li ser jiftħu xi ftit ogħla llum bl-investituri jittammaw li l-laqgħa bejn il-Presidenti tal-Istati Uniti u taċ-Ċina tnaqqas xi ftit mill-ġlieda kummerċjali li qed tolqot ħażin lill-ekonomija mondjali.

Ishma

Fl-ishma lokali, l-RS2 Software żdiedu bni 2.07% għal €1.38 segwiti minn BMIT Technologies li żdiedu b’0.93%. L-International Hotel Investments tilfu 1.11%, il-Malta International Airport b’0.639% u l-HSBC Bank Malta b’0.61%.

Bonds

Fis-settur tal-bonds lokali, l-International Hotel Investments 2026 żdiedu bi 2.48%; il-Hili Finance Companuy 2028 b’0.97% segwiti minn Vitru Finance 2027 b’0.53%.

F’territorju negattiv kien hemm is-6PM Holdings 2025 b’1.31%; il-Von der Heyden Group Finance 2024 b’0.98% u l-Melite Finance 2028 b’0.94%.

L-esportazzjoni taż-żejt mhux raffinat tal-Iran sa issa f’Ġunju tbaxxiet għal 300,000 barmil kuljum jew inqas wara li l-Istati Uniti issikaw il-vit fuq l-akbar għajn ta’ dħul għall-Iran u b’hekk naqset il-provista globali ta’ żejt.

Il-prezz tad-deheb llum tela lejn l-ogħla livell f’sitt snin li ntlaħaq fis-sessjoni ta’ qabel; wara sinjali mill-banek ċentrali u tensjoni dejjem tikber bejn l-Istati Uniti u l-Iran. Il-prezz żdied b’0.51% għal €1,406.89 u riesaqlejn il-ħames sessjoni ta’ żidiet.

Aħbarijiet Oħra

L-Isterlina kienet qed tiġi nnegozjata qrib l-ogħla rata f’ħames xhur kontra d-dollaru u kontra l-ewro wara li l-Prim Ministru Boris Johnson u l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea qablu dwar ftehim ġdid dwar…

Barranin

Muniti L-ewro tela’ għall-ogħla livell kontra d-dollaru fi kważi xahrejn wara li l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit laħqu ftehim dwar il-ħruġ mill-Unjoni. Għalkemm il-ftehim għad irid jiġi rratifikat mill-Parlament Ingliż,…

Id-dollaru baqa’ qrib l–inqas livell f’erba’ ġimgħat llum hekk kif it-tensjoni kummerċjali bejn Washingtion u Beijing kompliet tagħfas il-prospett ta’ tkabbir globali. L-akbar telf tal-munita Amerikana kien kontra l-yen Ġappuiniż,…

Barranin

Muniti Id-dollaru żdied għat-tieni jum infila llum hekk kif l-ottimiżmu li qed jonqos dwar l-aħħar żviluppi fit-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina wassal lill-investituri biex jixtru d-dollaru wara bejgħ…

Aktar