It-tensjoni bejn Washington u Beijing taffettwa lid-Dollaru

Id-Dollaru tbaxxa llum hekk kif it-tensjoni kummerċjali li qed tikber bejn Washington u Beijing u t-tamiet qawwija li ser jitbaxxew r-rati tal-interessi Amerikani, naqqsu d-domanda għall-munita Amerikana. Kontra basket ta’ muniti oħra, l-indiċi tad-dollaru tbaxxa 0.1% għal 96.64 u ftit aktar mill-inqas livell f’xahrejn u nofs ta’ 96.46 milħuq il-ġimgħa li għaddiet.

L-Isterlina telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat wara li l-partit ewlieni tal-Oppożizzjoni qal li huwa ser jipprova li jintroduċi leġiżlazzjoni parlamentari biex ikun evitat Brexit bla ftehim. L-investituri huma mħassba li l-Prim Ministru li jmiss jista’ jwassal lill-pajjiż għat-triq ta’ ħruġ bla ftehim mill-Unjoni Ewropea u dan iwassal għat-tnaqqis fir-rata tal-munita.

Indiċi

L-ishma Ewropej illum irtiraw mill-ogħla prezzijiet tal-aħħar tliet ġimgħat wara li l-Istati Uniti webbset l-atteġjament tagħha dwar il-kummerċ maċ-Ċina u statistika miċ-Ċina li turi li l-prezzijiet tal-manifattura fil-pajjiż tbaxxew matul Mejju. Dan kabbar il-biża’ ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku mondjali.

L-ishma Amerikani fetħu bla moviment llum minħabba l-atteġjament Amerikan kontra ċ-Ċina, bit-telf ibbilanċjat minn inflazzjoni baxxa li sostniet il-każ għal tnaqqis fir-rata tal-interessi.

Ishma

L-ishma lokali ma kellhom ebda movement illum bl-uniku wieħed kien fil-Bank of Valletta li għalaq b’żieda ta’ 0.79% għal €1.28. Il-GO, l-HSBC Bank Malta, l-International Hotel Investments u ishma oħrajn ma kellhom ebda movement minkejja n-negozju li sar fihom.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Mariner Finance 2024 kellhom l-akbar ċaqliqa b’għeluq pożittiv ta’ 3.78%. Il-Von der Heyden Group Finance 2024 ukoll żdied b’1.77% u l-Bank of Valletta 2030 (L-ewwel serje) b’0.69%. F’territorju negattiv kien hemm il-Medserv 2020/23 b’1.47%, l-International Hotel Investments 2025 b’1.04% u l-Bank of Valletta 2020 b’0.48%.

Commodities

Il-prezzijiet taż-żejt illum waqgħu b’aktar minn 2% minħebba domanda aktar dgħajfa u żieda fl-inventarji taż=żejt mhux raffinat fl-Istati Uniti minkejja l-istennija ta’ tnaqqis estiż mill-OPEC. Il-prezzijiet tad-deheb żiedu llum wara li ilbieraħ tbaxxew għall-inqas livell f’ġimgħa, hekk kif il-biża ta’ aktar tensjoni bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina naqqset is-sentiment għar-riskju u l-investituri daru lejn assi meqjusa siguri.

Aħbarijiet Oħra

L-ewro avvanza wara li kien rreġistra l-akbar waqgħa f’ġimgħa fi kważi xahrejn hekk kif reġa’ daħal is-sentiment ta’ riskju fis-swieq globali wara ġimgħa ta’ taqlib, għalkemm l-investituri kienu xorta attenti…

Barranin

L-ewro ddgħajjef, u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru…

L-Isterlina llum baqgħet qrib l-inqas rata f’sentejn u nofs għax it-tħassib dwar Brexit bla ftehim ddomina s-sentiment minkejja statistika li wriet li t-tkabbir fil-pagi fir-Renju Unit tela’ għall-ogħla livell fi…

Barranin

Muniti L-ewro tilef sa 0.30% kontra d-dollaru għall-inqas rata tal-ġurnata ta’ $1.1162, wara li l-President tas-Senat Taljan iltaqgħet mal-mexxejja tal-partiti biex jiddeċiedu dwar id-data tal-vot ta’ sfiduċja fil-gvern tal-Prim Ministru…

Aktar