It-tensjoni kummerċjali bejn Washingtion u Beijing taffettwa lid-dollaru

Id-dollaru baqa’ qrib l–inqas livell f’erba’ ġimgħat llum hekk kif it-tensjoni kummerċjali bejn Washingtion u Beijing kompliet tagħfas il-prospett ta’ tkabbir globali.

L-akbar telf tal-munita Amerikana kien kontra l-yen Ġappuiniż, meta laħaq l-inqas rata f’xahrejn u nofs fost tħassib li t-tilwima bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti ser tolqot ħażin is-sentiment ta’ riskju.

L-Isterlina ddgħajfet mill-ogħla livell f’ħames xhur u l-prezzijiet tal-ishma f’Londra waqgħu minħabba tħassib li t-taħditiet bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea jistgħu jfallu. F’ġurnata oħra ta’ volatilità għolja fin-negozju dwar assi Ingliżi, is-swieq finanzjarji baqgħu ostaġġi għall-aħbarijiet dwar Brexit hekk kif il-Prim Ministru Boris Johnson qed jiġġieled kontra l-ħin biex jikseb ftehim dwar l-irtirar.

L-Isterlina kienet żdied madwar 5% minn tard il-ġimgħa li għaddiet meta Londra u Brussel reġgħu bdew taħditiet intensivi.

Indiċi

L-ishma Ewropej tbaxxew illum, wara li għalqu fl-ogħla livell f’aktar minn sena, hekk kif l-aħħar taħditiet ma’ Brussel qed iżommu lill-investituri fuq ix-xwiek dwar deċiżjonijiet mgħaġġlin.

L-indiċi tal-prezzijiet bil-quddiem tal-ishma fl-Istati  Uniti tbaxxa hekk kif abbozz ta’liġi b’passi ħorox kontra ċ-Ċina qajjem tħassib ġdid dwar it-tilwima kummerċjali, iżda riżultati akbar pożittivi mis-settur bankarju pprovdew xi serħan u taw bidu tajjeb għall-perjodu tal-ħruġ tar-rapport finanzjarji mill-kumpaniji għat-tielet tliet xhur.

Local Equities

Fl-ishma lokali, il-BMIT Technologies żdiedu b’1.92%, il-Malta International Airport tilfu 4%; il-Malta Properties Company tbaxxew u8koll b’4.96%; il-MaltaPost b’1.54%; il-Medserv b’1.59%; l-RS2 Software avvanzaw b’1.03% u t-Trident Estates tilfu 2.11%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Best Deal Properities Holdings 2024 tilfu 0.50%, l-Izola Bank 2025 żdiedu b’1.17%, il-Hili Properties 2025 żdiedu wkoll b’0.48%, International Hotel Investments 2026 b’0.46%, l- International Hotel Investments 2026 (I-tieni ħruġ) Fungible b’0.38%, waqt li l-SD Finance 2027 avvanzaw b’0.71%. L-iStivala Group Finance 2027 tbaxxew b’0.47%.

Commodities

 Il-prezz taż-żejt baqa’ qrib id-$59 u niżel għal $58.84 taħt pressjoi minn tħassib dwar domanda inqas għal fjuwil minħabba tkabbir ekonomiku inqas u tbassir ta’ aktar żieda fil-ħażniet Amerikani. Il-prezzijiet kisbu ċertu sostenn minn sinjali mill-OPEC li f’Diċembru jista’ jidħol fis-seħħ aktar tnaqqis fil-produzzjoni. L-OPEC u l-alleati tagħhom jiltaqgħu bejn il-5 u s-6 ta Diċembru fi Vjenna biex jiddiskutu l-politika tal-produzzjoni.

Il-prezz tad-deheb żamm sod llum wara li tilef kważi 1% fl-aħħar sessjoni, hekk kif tbaxxew l-ishma Ewropej minħabba l-inċertezza dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, waqt li l-palladju laħaq prezz għoli record minħabba ftit provvista.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru rkupra xi telf tal-bidu hekk kif l-istatistika ekonomika dgħajfa u t-tħassib dwar jekk l-Istati Uniti u ċ-Ċina humiex ser jilħqu ftehim laqtu ħażin l-appell tad-dollaru bħala munita sigura….

Barranin

Muniti Id-dollaru ftit li xejn inbidel wara li l-President Trump f’diskors li għamel ma ta ebda dettalji ġodda dwar il-gwerra kummerċjali maċ-Ċina. Il-Frank Żvizzeru tela’ għall-ogħla rata f’xahar kontra l-ewro…

Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar b’saħħtu kontra l-yen u l-Frank Żvizzeru hekk kif l-investituri kienu aktar ottimisti qabel diskors tal-President Trump, li fih mistenni li jipposponi tariffi fuq il-karozzi Ewropej b’sitt…

L-ewro żammet soda kontra d-dollaru Amerikan illum it-Tnejn wara livelli baxxi hekk kif id-dollaru żamm il-qligħ tiegħu minħabba ottimiżmu dwar il-possibbiltà li l-Istati Uniti u ċ-Ċina jnaqqsu t-tariffi li xekklu…

Aktar