Barranin
It-tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u l-Arabja Sawdija jaffettwaw lid-Dollaru

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas livell f’ġimagħtejn waqt in-negozju bikri llum fi New York qabel ma rkupra xi ftit; il-munita tilfet iż-żidiet ta’ nhar il-Ġimgħa fost ħjiel mill-President Trump dwar aktar tariffi kontra ċ-Ċina u tħassib dwar it-tensjonijiet li qed jiżdiedu mal-Arabja Sawdija li qed isostnu l-prezzijiet taż-żejt.

Is-Segretarju tat-Teżor Amerikan Steven Mnuchin sejjaħ sabiex klawsula dwar il-munita tkun miżjuda ma’ kull ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u l-Ġappun li dwar iż-żewġ naħat mistennija jibdew jinnegozjaw aktar tard dan ix-xahar.

Ir-rata tal-Isterlina kontra d-Dollaru ftit li xejn inbidlet minn $1.3156, bl-Isterlina lura fost il-parti l-kbira tal-muniti tal-G-10 hekk kif it-taħditiet dwar il-Brexit jinsabu weqfin qabel id-diskors lill-Parlament mill-Prim Ministru Theresa May. Il-Prim Ministru Irlandiż Leo Varadkar għadu ottimist li fl-aħħar mill-aħħar ser jintlaħaq ftehim għalkemm ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea għadhom ma laħqux ftehim dwar il-kwistjoni tal-fruntiera.

L-Isterlina llimitat it-telf wara tmiem il-ġimgħa ta’ taħditiet bla riżultati fuq konvinzjoni li r-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea fl-aħħar mill-aħħar ser jilħqu ftehim biex jevitaw firda kaotika.

L-Isterlina ftit inbidlet sa nofs dalgħodu f’Londra hekk kif persuni familjarji mal-materja qalu li mhux ser ikun hemm aktar tentattivi biex ikun riżolt in-nuqqas ta’ ftehim qabel s-summit tal-UE nhar l-Erbgħa. In-nuqqas ta’ ftehim tal-bieraħ ikompli jżid il-pressjoni fuq il-mexxejja biex jirrisolvu d-differenzi tagħhom, bin-Nomura International tara progress aktar mgħaġġel hekk kif l-baġit tar-Renju Unit ikun approvat fi żmien ġimgħatejn.

Indiċi

Id-Dow Jones fetaħ b’żieda ta’1.15% b’kuntrast mal-Ewropa fejn kien hemm tnaqqis fl-indiċijiet kollha. L-akbar tnaqqis kien ta’ 0.46% fl-iSTOXX 50. It-Topix tal-Ġappun tilef 1.59% waqt li l-indiċi lokali żdied b’0.79%.

Ishma

L-ishma tal-Malta Properties Company żdiedu b’5% waqt li l-MIDI u l-FimBank żdiedu bi 2.9% u kważi 2% rispettivament. Il-Mapfre Middlesea wrew żieda ta’ 1%. Il-Maltapost tilfu 1.83% u l-Bank of Valletta naqsu bi 2%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, dawn kienu ugwalment bilanċjati bil-Mediterranean Investments Holdings u n-1923 Investments żdiedu madwar 1.5% kull wieħed segwiti mill-International Hotel Investments 2026 (It-Tieni Ħruġ) b’0.54%.

Il-GlobalCapital, Von der Heyden Group Finance u l-International Hotel Investments 2026 tilfu bejn nofs punt perċentwal u 1%.

Commodities

Il-prodotti essenzjali llum kienu pożittivi bil-Brent, id-deheb u l-fidda kollha jiżdiedu b’aktar minn 1%, waqt li ż-żejt mhux maħdum żdied b’0.9%, kważi jilħaq il-prestazzjoni tal-kompetituri.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru kompla jissaħħaħ kontra r-rivali ewlenin tiegħu u kompla miż-żidiet riċenti tiegħu waqt li l-Isterlina tbaxxiet fost sentiment dgħajjef ta’ riskju. Is-sentiment tas-suq baqa’ kajman fost tħassib li l-għeluq tad-dipartimenti…

Barranin

Il-bilanċ kummerċjali taż-żona tal-Ewro żdied għal €15.1 Biljun, l-ogħla fi tliet xhur. Dan kien aħjar mit-tbassir tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ €13.2 Biljun. Il-President tal-Bank, Mario Draghi aktar tard tkellem dwar…

Barranin

Muniti Id-domanda għall-munita Ewropea baqa’ batut illum u issa huwa mistenni li r-rata kontra d-Dollaru titbaxxa lejn id-$1.1400. Il-par iffaċċja aktar pressjonijiet ta’ bejgħ wara li l-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro…

Barranin

Muniti Il-munita unika llum ma kellha ebda żidiet, bir-rata qrib id-$1.1540 wara li kienet żdiedet sa $1.1570 matul in-negozju bil-lejl, l-ogħla minn nofs Ottubru qabel waqfet f’$1.1535. Barra dan, l-ewro…

Aktar