It-tħassib dwar Brexit bla ftehim jaffettwa lill-Isterlina

L-Isterlina llum baqgħet qrib l-inqas rata f’sentejn u nofs għax it-tħassib dwar Brexit bla ftehim ddomina s-sentiment minkejja statistika li wriet li t-tkabbir fil-pagi fir-Renju Unit tela’ għall-ogħla livell fi 11-il sena.

Il-Yen baqa’ qrib l-ogħla rata f’seba’ xhur u d-dollaru appoġġjat, hekk kif l-investituri, inkwetati bil-gwerra kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, bil-protesti f’Ħong Kong u l-waqgħa tal-peso Arġentin sabu rifuġju f’assi sikuri.

Uffiċjal anzjan fil-People’s Bank of China qal li l-Yuan bħalissa jinsab f’livell xieraq u ċ-ċaqliq fuq iż-żewġ naħat mhux bilfors li jikkawża flussi kapitali diżordinati. Il-Fond Monetarju Internazzjonali wkoll ta l-opinjoni dwar il-yuan u qal li la hija valutati għolja b’mod sinfikanti u lanqas żvalutati b’mod simili.

Indiċi

Is-swieq finnzjarji madwar id-dinja, diġà imkissra mill-biża’ li l-Istati Uniti u ċ-Ċina jista’ ma jtemmux it-tilwima kummerċjali iebsa fi żmien qasir, kienu milquta ħażin ukoll bil-kraxx tal-munita Arġentina, l-inkwiet li kiber f’ĦongKong u l-inkwiet politiku fl-Italja.

Is-swieq tal-ishma tbaxxew għat-tielet jum wara l-ieħor fil-ftuħ tagħhom hekk kif il-biża’ dwar gwerra mġebba kummerċjali, il-protesti f’ĦongKong u l-waqgħa tal-munita Arġentina żammew lill-investituri miġbura fil-kenn sikur tal-bonds, id-deheb u l-yen.

L-indiċi Ġermaniż id-DAX kien qed jinnegozja 1% inqas wara nofsinhar wara rendiment negattiv fit-Topix tal-Ġappun.

L-indiċijiet Ewropej imbagħad segwew l-indiċijiet fl-Iststi Uniti, li fetħu ftit ogħla, u kisbu lura t-telf, hekk kif l-Istati Uniti ddeċidiet li ddewwem tariffi ġodda fuq prodotti Ċiniżi.

L-ishma lokali kienu mxaqilba lejn territorju negattiva bl-ishma fin-naħa negattiva d-doppju ta’ dawk li kienu f’territorju pożittiv. Barra dan, il-kobor tat-tnaqqis kien bil-bosta akbar miż-żidiet. Il-Malita Investments u l-HSBC Bank Malta żdiedu b’1.19% u 0.67% rispettivament. L-RS2 Software tilef 0.5% waqt li l-Bank of Valletta u l-International Hotel Investments tilfu madwar 1%. Simonds Farsons Cisk tilfu 3%.

Bonds

Ix-xena fil-bonds lokali kienet l-oppost tal-ishma fejn kien hemm erba’ bonds b’żieda u tnejn bi tnaqqis. Il-GlobalCapital, l-Intertnational Hotel Investments u l-Hili Properties kollha żdiedu b’aktar minn 1%. Il-Best Deal Properties u l-SD Finance tilfu madwar 0.25%.

Il-ġirja lejn is-sikurezza fl-investment ikkawżat żieda ta’ 0.92% fil-prezz tad-deheb għal $1.525 li huwa l-ogħla fl-aħħar sitt snin. Sadattant il-fidda marret aħjar b’żieda ta’ aktar minn 2%.

Iż-żejt kien qed jiġi nnegozjat aktar baxx bil-Brent jitlef 0.67% u dak mhux raffinat qrib il-1%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-ewro ddgħajjef, u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru…

Barranin

Muniti L-ewro tilef sa 0.30% kontra d-dollaru għall-inqas rata tal-ġurnata ta’ $1.1162, wara li l-President tas-Senat Taljan iltaqgħet mal-mexxejja tal-partiti biex jiddeċiedu dwar id-data tal-vot ta’ sfiduċja fil-gvern tal-Prim Ministru…

L-ewro ma kellu ebda movement kontra d-dollaru. Nuqqas ta’ statistika ekonomika u żviluppi maġġuri dwar it-tilwima kummerċali Amerikani żammew liż-żewġ muniti taħt kontroll bejn id-$1.1250 u d-$1.1188. L-ewro ftit wera…

Barranin

Muniti L-ewro, li din is-sena diġà tbaxxa bi 2%, huwa mbassar li jkun żdied bi 3% fi 12-il xahar biex ikun negozjat f’€1.15. Analisti ilhom inaqqsu t-tbassir tagħhom dwar l-ewro…

Aktar