Barranin
It-tħassib dwar it-tieni mewġa tal-Covid-19 fiċ-Ċina jaffettwa l-prezz tal-ishma, taż-żejt u tad-deheb

Muniti

Pajjiżi Ewropej illum illaxkaw ċerti kontrolli fil-fruntiera wara l-għeluq minħabba l-coronavirus, pass li jista’ jgħin biex tkun salvata parti mill-istaġun turistiku għall-industrija tal-ivvjaġġar u t-turiżmu fl-Ewropa. L-ewro ma kellu ebda movement kontra d-dollaru għal $1.1250 u anke kontra l-Isterlina għal 0.8975 pence.

Id-dollaru ssoda llum u l-muniti ibbażati fuq il-prodotti kisbu lura xi telf hekk kif naqas is-sentiment kontra r-riskju li ddomina n-negozju matul il-lejl. Fl-Istati Uniti, aktar minn 25,000 każi ġodda kienu rrapurtati nhar is-Sibt biss.

L-Isterlina tilfet kontra d-dollaru u l-ewro hekk kif il-biża’ ta’ tieni mewġa ta’ coronavirus laqtet is-sentiment ta’ riskju u s-swieq internazzjonali b’investituri nervużi wkoll qabel laqgħa importanti dwar in-negozjati Brexit. Madankollu, l-Isterlina kisbet lura xi telf u ma kellha ebda moviment kontra l-ewro u żdiedet 0.15% kontra d-dollaru.

Indiċi

L-ishma Ewropej llum ħadu tisbita minħabba li kiber it-tassib dwar mewġa oħra ta’ infezzjonijiet mill-coronavirus wara li Beijing irraportat numru record ta’ każi ġodda.

Is-swieq globali tal-ishma bdew il-ġimgħa ħażin hekk kif l-aħħar tfaqqigħa tal-virus f’Beijing qajjmet biża’ dwar il-ħsara ekonomika mill-kriżi dwar is-saħħa. L-indiċi ewlenin fl-Ewropa tbaxxew mill-ogħla livelli li kellhom fl-aħħar tliet xhur minħabba żieda fil-każi tal-Covid-19 fl-Istati Uniti u prospetti ekonomiċi ma tantx tajba mill-Federal Reserve il-ġimgħa li għaddiet.

Il-prezzijiet futuri fuq id-Dow Jones kienu qed jimmarkaw waqgħa ta’ aktar minn 500 punt fil-ftuħ illum minħabba tħassib dwar iż-żidiet fil-każi tal-coronavirus hekk kif l-istati Amerikani bdew jiftħu l-ekonomija. Id-Dow Jones  minkejja żieda ta’ 1.9% nhar il-Ġimgħa, tilef 5.5% il-ġimgħa li għaddiet.

Shares

L-attività fil-Borża ta’ Malta llum kienet kwieta u l-ftit ishma li rreġsitraw movement kienu negattivi.

L-International Hotel Investments tilfu 6.72%. L-RS2 Software għalqu bil-prezz ta’ €2.30 kull sehem telf ta’ 0.86% waqt li l-ishma tal-GO kienu negozjati għall-prezz ta’ €3.50 bi tnaqqis ta’ 0.57%

Il-Bank of Valletta kienu negozjati bil-€1 kull sehem bl-ebda moviment waqt li l-Malita Investments ma nbidlux għal prezz ta’  €0.89. Simonds Farsons Cisk kienu €7.95 kull sehem bla ebda bidla.

Il-Malta International Airport kien l-uniku sehem pożittiv b’żieda ta’ 0.88% għal €5.70.

Bonds

Fis-settur tal-bonds lokali, in-negozju kien imħallat. It-Tumas Investments 2024 kien fuq quddiem fit-telf bi 2.91%. L- SD Finance 2027 tilfu 2.82% u l-Izola Bank 2025 tbaxxew b’1.46%.

Il-Grand Harbour Marina  2027 avvanzaw 0.40%, in-1923 Investments 2024 żdiedu 0.96%, l-SP Finance 2029 żdiedu wkoll b’0.99% u l-Merkanti Holding 2026 marru l-aħjar b’żieda ta’ 2.98%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt illum tbaxxew hekk kif infezzjonijiet ġodda tal-coronavirus laqtu liċ-Ċina, il-Ġappun u l-Istati Uniti u dan kompla żied mat-tħassib li qawmien mill-ġdid tal-virus ifixkel qawmien fid-domanda għall-fjuwil. Il-Brent tilef 2.17% għal $37.87 u l-United States West Texas Intermediate tilef 3.53% għal $34.94.

Id-deheb tilef aktar minn 1% illum hekk kif id-dollaru baqa’ fl-ogħla livell għall-aktar minn ġimgħa iżda d-deheb żamm sewwa il fuq minn $1,700 kull uqija minħabba l-biża tat-tieni mewġa tal-coronavirus. Il-prezzijiet żdiedu 2.6% il-ġimgħa li għaddiet, l-aħjar mill-10 ta’April hekk kif żdied il-biża’ dwar it-tieni mewġa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar