Barranin
It-tilwim bejn iċ-Ċina u l-Amerka qed jaffettwa s-swieq taż-żejt
Il-muniti ewlenin illum kienu f’mumenti iebsin hekk kif ipprevaliet il-kawtela qabel l-implimentazzjoni mill-Gvern Amerikan tat-tariffi kontra prodotti Ċiniżi u r-rapport tal-impjiegi fl-Istati Uniti.
L-Istati Uniti mistennija li tibda tiġbor it-tariffii fuq $34 biljun fi prodotti Ċiniżi. Il-fokus issa ntefa’ fuq kif iċ-Ċina ser tirritalja u l-volatilità potenzjali li tista’ tikkawża fis-swieq finanzjarji internazzjonali. L-Ewro żdied b’0.22% għal $1.1715.
 
L-Ewro żdied ukoll b’0.10% kontra l-Isterlina, 0.21% kontra l-Yen u 0.09% kontra l-Frank Żvizzeru.
 
L-indiċi Ewropej kollha kienu f’territorju pożittiv bil-FTSE 100 jiżdied b’0.31%, id-DAX b’0.15%, l-iSTOXX 50 b’0.25% u l-CAC 40 b’0.92%.
 
Il-prezzijiet taż-żejt bdew jilgħabu f’negozju nervuż illum hekk kif l-Istati Uniti imponew tariffi fuq prodotti Ċiniżi bil-ġlieda kummerċjali li qed tikber bejn l-akbar żewġ ekonomiji fid-dinja. Il-prezz tbaxxa għall-bidu flimkien mas-swieq finanzjarji fl-Asja. It-tilwima qed ikollha effett fuq is-swieq taż-żejt.
 
Il-prezz tal-brent tilef 0.27% għal $77.33 kull barmil waqt li l-US Light crude żdied b’0.25% għal $73.12%.
 
Il-prezz tad-deheb tbaxxa għal $1,256.26 kull uqija waqt li l-fidda tbaxxiet b’0.25%.
 
Il-Ġimgħa d-Dieħla
 
L-istatistika li mistennija l-ġimgħa d-dieħla tinkludi r-rati tal-qgħad fl-Iżvizzera nhar id-9 ta’ Lulju, id-deċiżjoni dwar ir-rati tal-interessi mill-Bank of Canada fil-11 u l-inflazzjoni fl-Istati Uniti fit-12 ta’ Lulju.
Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru ddgħajjef xi ftit fost xiri u bejgħ wara li l-inflazzjoni tal-konsumatur fl-Istati Uniti kienet kważi kif stmata, bl-inflazzjoni ewlenija minn sena għal sena titbaxxa xi ftit. L-Ewro żdied b’0.12%…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan qed jieħu ftit tan-nifs wara li laħaq l-ogħla livell għall-2018 fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Madankollu, ir-raġuni għal pawża mhijiex minħabba l-politika dwar l-ekonomija Amerikana, il-politika tal-Federal Reserve…

Barranin

Id-Dollaru żdied wara li laħaq l-ogħla livell f’sena fost dgħufija fl-Ewro u l-Isterlina, hekk kif in-negozjati dwar Brexit huma weqfin u t-tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku qajjem aktar dibattitu dwar il-projezzjonijiet…

Barranin

Id-Dollaru qed ikun negozjat biex jirkupra xi ftit fis-sessjoni Ewropea hekk kif is-swieq kienu qed jistennew id-deċiżjoni dwar ir-rata tal-interessi mill-Federal Reserve aktar tard. Illum kien id-Dollaru Awstraljan l-aktar b’saħħtu…

Aktar