Barranin
It-tilwim kummerċjali jista’ jbaxxi d-domanda taż-żejt

Id-Dollaru għola ferm kontra grupp ta’ muniti rivali, u tbiegħed mill-inqas livell f’ġimagħtejn fis-sessjoni preċedenti, hekk kif l-investituri qagħdu jistennew id-deċiżjoni minn tliet banek ċentrali dwar il-politika monetarja.

L-Ewro tilfet 0.07% għal $1.1616. Barra dan, l-Ewro tilef b’0.13 kontra l-Isterlina; 0.33% kontra d-Dollaru Awstraljan; 0.03% kontra d-Dollaru Kanadiż u 0.17% kontra l-Frank Żvizzeru. L-ewro żdied b’0.23% kontra l-Yen.

Indiċi

Il-FTSE 100 naqas b’0.18%; l-iSTOXX 50 żdied b’0.62%; id-DAX b’0.58% u l-CAC 40 b’0.47%.

Id-Dow Jones fetaħ 0.71% ogħla bl-indiċi tal-Borża ta’ Malta jitbaxxa b’0.342%.

Ishma

Fis-sessjoni tal-ishma lokali, il-MaltaPost, il-Malta Properties Company, il-GO u l-HSBC Bank Malta żdiedu b’aktar minn 0.50%. Il-PG baqgħu bla ċaqliq.

Sadattant il-Bank of Valletta u l-Global Capital tbaxxew bi 2.00% bil-Global Capital naqsu l-aktar b’10.49%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds il-Hili Properties 2025, il-Hal Mann Vella Group 2024, il-Bank of Valletta 2019 u l- Von der Heyden Group Finance 2024 żdiedu b’aktar minn 0.10%.

Il-Bank of Valletta 2030 (L-Ewwel Serje) u l-Bank of Valletta 2030 (It-Tieni Serje) ma nbidlux. L-iStivala Group Finance 2027 naqsu b’0.01%.

Il-prezzijiet  taż-żejt irtiraw mill-ogħla livell f’erba’ xhur hekk kif l-investituri iffokaw fuq ir-riskju li l-kriżijiet fis-swieq emerġenti  u t-tilwim kummerċjali jistgħu jbaxxu d-domanda anke hekk kif il-provvista tonqos.

Il-Brent tbaxxa b’0.82% għal $79.04 u l-U.S. Light crude naqas b’1.26%bgħal $69.48.

Id-deheb tbaxxa b’0.07%  għal $1206.07 u l-fidda b’0.50% għal $14.23.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina żammet ‘il fuq minn $1.29 llum wara li statistika dwar is-suq tax-xogħol wriet li t-tkabbir fil-paga tal-ħaddiema żamm l-istess pass mgħaġġel  fi tmiem l-2018, bl-investituri iffukati mal-ewwel fuq…

Barranin

Muniti li huma meqjusa bħala siguri bħal Yen żdiedu llum wara ċifri batuti dwar il-bejgħ bl-imnut fl-Istati Uniti u hekk kif is-swieq qed jittamaw li jkun hemm żviluppi fit-taħditiet kummerċjali…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.19% kontra d-dollaru għal $1.1304 wara li kien laħaq l-ogħla rata tas-sessjoni ta’ $1.1342. Il-munita unika kellha pressjoni fuqha minn statistika dwar il-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro li…

Barranin

Muniti Id-dollaru huwa ogħla għas-sitt jum u għal ftit ħin laħaq l-ogħla rata f’xahar hekk kif t-tħassib dwar it-tkabbir fl-Ewropa qed ikollu effett ħażin fuq l-ewro. L-Isterlina kisbet lura t-telf…

Aktar