Barranin
It-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina tbaxxi l-prezz taż-żejt

L-Ewro, baqa’ taħt pressjoni minħabba tilwima fil-koalizzjoni tal-Gvern Ġermaniż u stennija li l-Bank Ċentrali Ewropew ser iżomm l-istess rati ta’ interessi sa sewwa l-2019. L-alleati Bavarjani tal-Kanċellier Merkel jistgħu jisfidawha billi  jimplimentaw pjan biex jillimitaw l-immigrazzjoni fil-fruntiera Ġermaniża, deċiżjoni li tista’ tiddistabilizza l-koalizzjoni li ilha biss tliet xhur fil-gvern.

Il-Munita unika waqgħet għall-inqas rata kontra d-Dollaru f’ġimagħtejn għal $1.1531 wara li l-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi appella għall-approċċ paċenzjuż dwar il-politika monetarja waqt forum fil-Portugall. L-Ewro kellu l-akbar waqgħa f’sentejn nhar il-Ħamis wara li Draghi offra gwida moderata dwar l-issikkar monetarju waqt li spjega d-dettalji tat-tmiem tal-istimulu monetarju.

Barra dan,  l-Ewro tbaxxa kontra l-Yen b’1.32%. Il-Frank Żvizzeru ssaħħaħ u b’hekk l-Ewro tilef 0.54% kontrih. L-Isterlina baqgħet kważi l-istess kontra l-Ewro.

Indiċi

Mossi bi tpattija bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina wasslu għal bejgħ qawwi fl-ishma Ewropej, bl-ishma tal-kumpaniji tal-karozzi, tal-minjieri u tat-teknoloġija l-aktar milquta ħażin. L-indiċijiet ewlenin tal-Ewropa tbaxxew sewwa wara li Trump wissa li l-Gvern tiegħu ser jimponi tariffa ta’ 10% fuq $200 Biljun ta’ prodotti Ċiniżi wara li l-Gvern Ċiniż iddeċieda li jżid it-tariffi uf $50 biljun ta’ prodotti Amerikan.

Il-FTSE 100, l-iSTOXX 50, id-DAX u l-CAC 40 kollha tilfu waqt li d-DAX kellu l-akbar tnaqqis , dak ta’ 1.39%.  Il-FTSE 100 tilef 0.54%, il-CAC 40 b’1.28% u l-iSTOXX 50 b’1.20%.

Id-Dow Jones tilef 1.21% fil-ftuħ tan-negozju waqt li l-indiċi tal-Borża ta’ Malta tbaxxa b’0.18%.

Ishma

Il-Bank of Valletta u l-Malita Investments kienu fost dawk li żdiedu fil-prezz, b’aktar minn 0.50%. Il-Bank of Valletta kien l-aktar li wera żieda, dik ta’ 1.16% u għalaq €1.75. L-Ishma ta’ Main Street Complex, tal-RS2 Software u ta’ Tigne Mall tilfu b’aktar minn 0.50%. Tigne Malta wrew tnaqqis ta’ 2.11%.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds, il-Bank of Valletta 2020 żdiedu b’0.26%; il-Bank of Valletta 2030 (L-ewwel serje) b’0.25% u t-Tumas Investments 2024 b’0.09%.

F’territorju negattiv kien hemm il-Premier Capital 2026; il-Grand Harbour Marina 2027, il-Mariner Finance 2024 u d-Dizz Finance 2026 kellha tilfu aktar minn 0.50%. Id-Dizz Finance tilfu 3.30%.

Il-prezz taż-żejt tbaxxa hekk kif it-tilwma kummerċjali li qed tikber bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina wasslet għall-bejgħ qawwi fi swieq internazzjonali. Il-prezz taż-żejt mhux maħdum kien ukoll milquta ħażin minn stennija li l-OPEC u r-Russa ser iżidu gradwalment l-produzzjoni biex jagħmlu tajjeb għat-tnaqqis mill-Veneżwela u tnaqqis potenzjali mill-Iran li qed jiffaċċja sanzjonijiet mill-Istati Uniti relatati mal-attività nukleari tiegħu.

L-Istati Uniti u ċ-Ċina qed jheddu passi punittivi kontra xulxin li jistgħu jinkludu ż-żejt. Dan wasslet biex l-ishma Ċiniżi jaqgħu għall-inqas livell f’sena u żammew taħt pressjoni lill-indiċijiet fl-Ewropa u prodotti oħra bħar-ram u n-nikel. Il-Brent tilef 0.95% waqt li l-US light crude tilef 1.72%.

Sadattant fir-rigward tal-metalli prezzjużi, il-prezz tad-deheb tilef 0.53% waqt li l-fidda tilfet 1.09%.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-Dollaru reġa’ waqa’ għall-inqas livell f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti ewlenin hekk kif naqas it-tħassib dwar l-impatt tat-tilwima kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti. Is-swieq finanzjarji issa qed…

Barranin

Id-Dollaru resaq lejn l-inqas rata f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti oħrajn, waqt li l-muniti bbażati fuq l-prodotti essenzjali avvanzaw wara serħan li l-aħħar rawnd ta’ tariffi mħabbra miċ-Ċina u…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żamm qrib l-inqas rati f’seba’ ġimgħat kontra r-rivali tiegħu waqt li muniti riskjużi żdiedu wara li l-President Trump kabbar it-tilwima maċ-Ċina bl-impożizzjoni ta’ tariffi ta’ 10% fuq madwar…

Barranin

Id-Dollaru llum tilef iż-żidiet bikrija u tbaxxa waqt li l-muniti tas-swieq emerġenti tilfu kważi nofs punt perċentwali hekk kif l-investituri qed jistennew il-mossa li tmiss fit-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti…

Aktar