Barranin
It-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina tħalli effett fuq id-Dollaru

Iż-żidiet fid-Dollaru din is-sena kienu limitati minħabba tħassib dwar it-tilwima kummerċjali li qed tikber bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, għalkemm it-tħassib ma fixkilx ir-rendiment solidu tad-dollaru sa issa.

Il-Fond Monetarju Internazzjonali kien wissa’ li l-kunflitti li dejjem qed jikbru u sostnuti minħabba l-azzjoni tat-tariffi mill-Istati Uniti jheddu li jiżvijaw l-irkupru ekonomiku u jbaxxu l-prospetti għaż-żmien medju tat-tkabbir.

L-analisti huma inċerti kif il-Federal Reserve ser jirreaġixxi jekk it-tilwima kummerċjali maċ-Ċina teħżien: jew żidiet aggressivi fir-rati tal-interessi minħabba l-effett inflazzjonarju tat-tariffi fuq l-importazzjoni jew pawsa fiċ-ċiklu minħabba t-tnaqqis fit-tkabbir.

L-Ewro ma ċċaqlaqx kontra d-dollaru u baqa’ $1.1707. Min-naħa l-oħra l-ewro żdied 0.02% kontra l-Isterlina u 0.25% kontra l-yen iżda tilef 0.21% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

L-ishma Ewropej ftit li xejn inbidlu llum hekk kif ħarġu rapporti finanzjarji mħallta mill-kumpaniji u s-swieq qed jistennew ix-xhieda miċ-Ċermen tal-Federal Reserve Jerome Powell għal xi possibbiltà ta’ ħjiel dwar ir-rati tal-interessi fl-Istati Uniti.

Il-FTSE 100, id-DAX, l-iSTOXX 50 u l-CAC 40 kollha kienu f’territorju negattiv fl-iSTOXX 50 jitlef l-aktar, 0.47%.

Id-Dow Jones fetaħ bi tnaqqis ta’ 0.14% waqt li kien hemm żieda ta’ 0.216% fl-indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, l-Global Capital, il-Mapfre Middlesea, il-MIDI, l-International Hotel Investments u Simonds Farsons Cisk żdiedu b’aktar minn 0.60%. Sadanitant l-HSBC Bank Malta u l-Malta Properties Company naqsu b’aktar minn 0.20%, b’din tal-aħħar titlef l-aktar, bi 2.44%.

Bonds

Fis-settur tal-bonds lokali, il-Mariner Finance 2024, il-Mediterranean Investments Holdings 2022, il-Bortex Group Finance 2027, Simonds Farsons Cisk 2027 u Gasan Finance 2019/21 kollha żdiedu b’aktar minn 0.80%.

Il-Grand Harbour Marina 2027 u l-International Hotel Investments 2023 tilfu aktar minn 0.40%.

Commodities

Iż-żejt Brent llum żdied b’0.24% għal $71.97 u l-U.S. Light Crude tilef 0.03% għal $68.08.

Il-prezz tad-deheb tilef 0.14% għal $1,239.85 kull uqija waqt li l-fidda tilfet 0.95% għal $15.69 kull uqija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina żammet ‘il fuq minn $1.29 llum wara li statistika dwar is-suq tax-xogħol wriet li t-tkabbir fil-paga tal-ħaddiema żamm l-istess pass mgħaġġel  fi tmiem l-2018, bl-investituri iffukati mal-ewwel fuq…

Barranin

Muniti li huma meqjusa bħala siguri bħal Yen żdiedu llum wara ċifri batuti dwar il-bejgħ bl-imnut fl-Istati Uniti u hekk kif is-swieq qed jittamaw li jkun hemm żviluppi fit-taħditiet kummerċjali…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.19% kontra d-dollaru għal $1.1304 wara li kien laħaq l-ogħla rata tas-sessjoni ta’ $1.1342. Il-munita unika kellha pressjoni fuqha minn statistika dwar il-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro li…

Barranin

Muniti Id-dollaru huwa ogħla għas-sitt jum u għal ftit ħin laħaq l-ogħla rata f’xahar hekk kif t-tħassib dwar it-tkabbir fl-Ewropa qed ikollu effett ħażin fuq l-ewro. L-Isterlina kisbet lura t-telf…

Aktar