Barranin
It-tilwima kummerċjali globali ttappan is-settur tal-manifattura

Muniti

L-ewro llum tilef kontra d-dollaru. Il-Ġermanja ħarġet l-indiċi tal-manifattura għal Diċembru li tbaxxa għal 51.5 u waqt li dak taż-Żona tal-Ewro naqas għal 51.4.

It-tilwima kummerċjali globali laqtet lill-esportazzjoni mill-Ewropa u mill-Ġermanja, u dan tappan il-ħidma tas-settur tal-manifattura. L-indiċi tal-manifattura fl-Ewropa u fil-Ġermanja komplew jitbaxxew matul Diċembru għall-ħames tnaqqis konsekuttiv, hekk kif staġna t-tkabbir fis-settur. Jekk din ix-xejra negattiva tkompli, l-ewro ser ikun taħt pressjoni li tiżdied.

Delegazzjonijiet mill-Istati Uniti u miċ-Ċina ser jiltaqgħu l-ġimgħa d-dieħla biex jiddiskutu kwistjonijiet kummerċjali u kwalunkwe progress fit-taħditiet jagħti spinta lill-fiduċja tal-investitur. Fl-istess ħin, l-Istati Uniti qalu li jekk ifallu t-taħditiet, ser jimponu tariffi ħorox kontra prodotti Ċiniżi mill-1 ta’ Marzu. Kmieni din il-ġimgħa, il-President Trump qal li sar “progress kbir” maċ-Ċina iżda biż-żewġ naħat għad iridu jiltaqgħu wiċċ’ imb’wiċċ, is-swieq ftit qed jagħtu kredibilità lir-rimarki ta’ Trump.

L-ewro tilef 0.53% kontra d-Dollaru għal $1.1405. L-ewro tilef 0.49% d-Dollaru Kanadiż, 1.07% kontra l-Yen u 0.19% kontra l-Frank Żvizzeru. L-ewro żdied 0.29% kontra l-Isterlina u 0.17% kontra d-Dollaru Awstraljan.

Indiċi

Il-prezzijiet bil-quddiem tal-ishma fl-Istati Uniti waqgħu, u l-ishma irtiraw madqwar l-Ewropa u l-Asja wara xhieda ta’ tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku fiċ-Ċina kisser it-tamiet tal-investitur għal bidu tajjeb tal-2019.

Il-FTSE 100 tilef 0.52%; l-iSTOXX 50 0.77%; id-DAX 0.19% u l-CAC 40 1.26%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt beda l-2019 b’waqgħa oħra hekk kif statistika aktar dgħajfa dwar is-settur tal-manifattura fiċ-Ċina qed timmarka domanda aktar bil-mod fit-tieni l-akbar konsumatur tal-fjuwil fid-dinja u riskju dejjem jiżdied li ser ikun hemm bilanċ qawwi fil-provvista taż-żejt mhux raffinat.

Il-Brent tilef 0.80% għal $53.38 waqt li l-U.S. Light crude tbaxxa b’0.90% għal $54.01.

Assi siguri, fosthom id-deheb, irkupraw. Id-deheb żdied b’0.16% għal $1,284.59 kull uqija waqt li l-fidda tilfet 0.64% għal $15.41.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro qed jiġi nnegozjat kontra d-dollaru ‘l fuq minn $1.1300, u qed jipprova jirkupra wara l-waqgħa ta’ nhar il-Ġimgħa. Iż-żieda hija parzjalment dovuta għall-korrezzjoni u parzjalment tweġiba għat-tagħrif tajjeb…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa kontra basket ta’ muniti waqt li l-Isterlina żdiedet bi ftit mal-aħbar li l-Prim Ministru Theresa May irnexxielha tikseb ftit taż-żmien ieħor biex tirrisolvi meta u kif r-Renju Unit…

Barranin

Muniti L-Isterlina estendiet it-telf tagħha u s-suq tad-derivattivi wera aktar dgħufija minħabba li qed tikber il-biża’ li jista’ ma jkunx hemm ftehim dwar il-Brexit hekk kif il-membri parlamentari qed iżommu…

Barranin

L-irkupru tal-ewro naqas matul din il-ġmgħa. L-IFO baxxa t-tbassir ta’ tkabbir għall-Ġermanja, 0.6% għal din is-sena, waqt li l-istatistika ekonomika mill-Istati Uniti kienet imħallta u ma tat ebda gwida ta’…

Aktar