It-tnaqqis fit-trasport, minħabba l-Covid, jolqot id-domanda għall-fjuwil

Muniti

Id-dollaru żamm mal-ogħla rata f’disa xhur kontra l-ewro hekk kif il-muniti ewlenin żammew lura qabel il-ħruġ tal-minuti tal-laqgħa tal-Federal Reserve.

Id-dollaru tan-New Zealand ra l-akbar moviment matul il-lejl wara li l-Bank Ċentrali ma bidilx ir-rati ta’ interessi.

Indiċi

L-ishma Ewropej żammew sod illum hekk kif l-investituri għażlu l-ishma tal-bini u tal-kura tas-saħħa minflok setturi sensittivi ekonomikament minħabba żieda fit-tħassib dwar iż-żieda fil-każi globali fil-każi tal-Covid-19.

L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street tbaxxew llum hekk kif il-biża’ tal-pass tal-irkupru wara l-pandemija naqqset id-domanda għal setturi ekonomikament sensittivi waqt li l-investituri stennew il-minuti tal-Federal Reserve għal ħjiel dwar it-triq tal-appoġġ mill-politika monetarja.

Ishma

L-ishma lokali llum kienu mħallta bil-Life Star Insurance fuq quddiem tat-telf b’7.41%, segwiti mill-Malta International Airport b’4.76%.

L-HSBC Bank Malta tilef 1.25% u l-GO b’1.16%.

Il-BMIT Technologies kienu l-uniċi pożittivi b’0.41%.

Kien hemm xi ishma negozjati iżda ma kellu ebda bidla fil-prezz.

Bonds

Il-bonds lokali kienu wkoll imħalta bil-Gap Group 2025 jitilfu 1.60%, il-Premier Capital 2026 jonqsu b’1.49%, il-Corinthia Finance 2026 b’0.95% u l-International Hotel Investments 2026 għalqu bi tnaqqis ta’ 0.49%.

Fin-naħa pożittivia kien hemm l-International Hotel Investments 2026 li żdiedu 0.68%, ix-Shoreline 2026 b’ 1.39% u l-Eden Finance 2027 marru l-aħjar b’1.96%.

Prodotti essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt llum issodaw wara erbat ijiem ta’ telf bl-investituri għadhom inkwetati dwar il-prospetti għad-domanda għall-fjuwil hekk kif l-użu tal-ferrovija, l-ajru u forom oħra ta’ trasport naqas minħabba il-każi tal-Covid.

Il-prezzijiet tad-deheb ukoll issodaw qrib l-ogħla livelli mgħejjuna minn tħassib dwar il-firxa tal-varjant tad-Delta waqt li l-investituri stennew il-minuti tal-aħħar laqgħa tal-Federal Reserve.

Dan it-tagħrif kien miġbur minn BNF Bank.