It-tonalità taċ-Ċermen tal-Federal Reserve taffettwa lid-dollaru

Id-dollaru tbaxxa llum wara li ċ-Ċermen tal-Federal Reserve, Jerome Powell,  kellu ton ma tantx sabih meta tkellem quddiem il-Kungress u qal li l-inċertezzi kummerċjali u t-tħassib dwar il-prospetti ekonomiċi globali qed ikomplu jeżerċitaw pressjoni fuq l-ekonomija Amerikana.

Id-dollaru laħaq l-inqas livell tas-sessjoni kontra l-ewro u l-yen wara l-kummenti ta’ Powell, li infurzaw l-aspettattivi li l-Federal Reserve ser ibaxxi r-rati tal-interessi għall-ewwel darba f’għaxar snin aktar tard dan ix-xahar. L-ewro żdied 0.31% għal $1.1244.

Indiċi

L-ishma Amerikani telgħu għall-ogħla prezzijiet wara li x-xhieda ta’ Powell saħħet il-każ għall-illaxkar fil-politika Amerikana fl-Istati Uniti.

L-S & P 500 żdied b’0.5% biex qabeż il-limitu ta’ 3,000 għall-ewwel darba hekk kif kien hemm żieda qawwija fil-prezzijiet tal-ishma tal-enerġija u tat-teknoloġija.  In-Nasdaq ukoll laħaq livell rekord b’żieda ta’ 1%. Id-Dow Jones  ukoll tela għal ċifra rekord xprunat minn żidiet fl-ishma ta’ Chevron u American  Express.

F’ xhieda ippreparata quddiem il-Kumitat tas-Servizzi Finanzjarji, Powell qal li l-investimenti fin-negozju madwar l-Istati Uniti tbaxxew notevolment riċentament minħabba l-inċertezza fl-ekonomija globali.

Ishma

Fl-ishma lokali, il-Mapfre Middlsea kellu l-akbar żieda b’6.73% segit minn Lombard Bank b’4.55%, RS2 Software bi 3.55, Malita Investments bi 2.41% u Trident Estates 1.54%. Il-Bank of Valletta tilfu 2.99% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.99% fil-Plaza Centres.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, Il-Mediterranean Investments Holdings 2022 żdiedu bi 2.00%; l-International Hotel Investments 2026 b’0.98% u l-Virtu Finance 2027 b’0.29%.

Iċ-Central Business Centres 2021 tilfu 2.15% u l-GAP Group 2022 naqsu b’1.46%.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu b’aktar minn 2% illum wara li statistika dwar l-industrija taż-żejt wriet li l-ħażna Amerikana taż-żejt tbaxxiet aktar milli mistenni u hekk kif produtturi maġġuri Amerikana evakwaw ir-rigs mill-Golf tal-Messiku qabel maltempata. Statistika mill-American Petroleum Institute wriet li l-ħażniet naqsu bi 8.1 miljun fil-ġimgħa li għaddiet meta kien mistenni li jonqsu bi 3.1 miljun.

Id-deheb bidel ir-rotta biex żdied aktar minn 1% iżda imbagħad tbaxxa lura għal żieda ta’ 0.77%.

 

 

Aħbarijiet Oħra

Il-muniti marbutin mal-prezz taż-żejt illum għolew wara li attakki fuq faċilitajiet taż-żejt tal-Arabja Sawdija fixklu l-provvista globali taż-żejt, waqt li l-Yen  u l-Frank Żvizzeru issaħħew hekk kif l-investituri fittxew muniti…

Barranin

Il-yen illum baqa’ mwaħħal mal-inqas rata f’sitt ġimgħat kontra d-dollaru hekk kif sinjali li juru li l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed inaqqsu d-differenzi ta’ bejniethom dwar il-kummerċ qabel taħditiet kruċjali,…

L-ewro tbaxxa taħt id-$1.10 llum wara li l-Bank Ċentrali Ewropew baxxa r-rati tal-interessi u bla mistenni nieda mill-ġdid l-programm ta’ xiri ta’ assi biex ukoll jixpruna t-tkabbir fl-ekonomija taż-żona tal-ewro….

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra d-dollaru, jum qabel ma l-Bank Ċentrali Ewropew huwa mistenni li jżid aktar stimulu monetarju biex jixpruna lill-ekonomija tar-reġjun. Ħames sorsi familjarji mad-diskussjoni…

Aktar