Lokali
Ix-Xara Palace terġa’ tikseb l-unuri

Ix-Xara Palace, li tifforma parti mill-għaqda Relais & Chateaux, hija l-unika boutique hotel li tinsab fil-Belt Medjevali tal-Imdina u jista’ jingħad li kienet l-ewwel lukanda tax-xorti tagħha fuq din il-gżira.

F’Lulju li ġej, se tiċċelebra l-20 anniversarju mill-inawgurazzjoni tal-ftuħ tagħha u għal darb’oħra, tista’ terġa’ tiftaħar bit-titlu li kisbet bħala l-Boutique Hotel ewlenija fil-pajjiż. Dan it-titlu kisbitu waqt is-26 edizzjoni tal-World Travel Awards 2019, liema serata saret fil-Palazz Belmond Reid f’Madeira, il-Portugall.

Il-lukanda li hija wkoll meqjusa bħala palazz tas-seklu 17, hija mmexxija mill-familja Zammit Tabona u ngħatat wiċċ ġdid fl-2018 hekk kif ġiet irrestawrata. Fiha wieħed isib 17-il kamra ddisinjati b’mod uniku u li jgawdu minn veduta mill-isbaħ tal-gżejjer Maltin.

Il-palazz huwa meqjus prestiġjuż anke fost rivisti u ġurnali barranin hekk kif mit-Telegraph, ġie elenkat fost l-aqwa 5 lukandi f’Malta, fost oħrajn.

Mingħajr l-ebda dubju, il-lukanda ma għamlitx isem biss bl-isbuħija arkitettonika tagħha jew il-lokalità li tinsab fiha iżda wkoll bis-servizz impekkabbli u l-ikel mill-ifjen li toffri.

Dan it-tagħrif ġie miġbur mill-kumpanija Xara Palace.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

AX The Palace, il-lukanda ta’ 5 stilel f’Tas-Sliema, kienet ivvutata bħala l-aqwa lukanda għan-negozju f’Malta għall-2019 waqt is-26 World Travel Awards annwali li saru dan l-aħħar f’Madeira fil-Portugall. AX The…

Barranin

Muniti L-isterlina llum estendiet it-telf tal-aħħar sitt ġimgħat, għalkemm f’xi ħin kienet qed tiġi nnegozjata għal 0.8926 kull ewro jew 0.25% inqas. It-tħassib kiber li r-Renju Unit riesaq lejn tluq…

Barranin

Muniti Id-dollaru llum tħabat qrib l-inqas rata f’seba’ ġimgħat, minħabba li kulħadd qed jistenna li l-Federal Reserve ser inaqqas ir-rata tal-interessi bi tweġiba għar-riskji relatati mal-konflitti kummerċjali. L-indiċi tad-dollaru ma…

Aktar