Barranin
Iż-żejt Brent ikompli biż-żieda fuq ħames ġimgħat

Muniti

Id-dollaru Amerikan beda l-ġimgħa fuq saqajn sodi, għalkemm ir-rata mal-ewro kienet fil-livelli familjari. L-ewro huwa $1,1700 kontra d-dollaru hekk kif il-parteċipanti tas-suq qed ifittxu għal katalist ġdid wara d-deċiżjonijiet tal-banek ċentrali u tnaqqis fit-tħassib dwar il-kumpanija ġganteska Ċiniża Evergrande.

F’dik li hija statistika, l-Unjoni Ewropea ppubblikat ċifri minuri. Il-provvista tal-flus żdiedet b’7.9% imqabbla ma’ sena ilu, aħjar milli kien mistenni, waqt li s-self privat fl-istess perjodu baqa’ sod b’4.2% imqabbel ma’ sena ilu, inqas mill-aspettattiva tas-suq.

L-Istati Uniti ppubblikaw l-Ordnijiet għall-Prodotti Durabbli li żdiedu 1.8% minn xahar għal xahar, ferm aħjar milli mistenni. Dan ir-rapport tajjeb jitfa’ l-miżien lejn is-sentiment ta’ riskju.

Indiċi

L-indiċijiet illum kienu fil-maġġoranza ogħla, bid-Dow Jones fuq quddiemnett, b’dawk Ewropej jiżdiedu bin-nofs ta’ dak Amerikan. It-Topix tal-Ġappun tilef. L-FTSE 100 kien xi ftit aħjar u d-DAX tal-Ġermanja rnexxielu jiżdied b’0.35% sa kmieni wara nofsinhar bir-riżultat tal-elezzjoni ġenerali sa issa ma tax rebbieħ. L-indiċi lokali żdied bi ftit.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-Plaza Centre żdiedu b’aktar minn 9% segwiti minn Fimbank li tilfu 3.5%. Il-PG żdiedu waqt li l-Malta International Airport u l-RS2 Software imxew b’aktar minn wieħed u nofs fil-mija f’direzzjonijiet opposti, bl-MIA jiżdiedu.

Bonds

Il-bonds kienu mħalltin, b’bonds aktar negattivi milli pożittivi. Il- Corinthia Finance żdiedu bi kważi wieħed u nofs fil-mija, bit-Tum Finance u l-Hili Finance żdiedu qrib il-1%. Tliet bonds tbaxxew, l-AX group, il-Cablenet Communications u l-GO plc. Il-Merkanti Holdings tilfu aktar minn 3%.

Prodotti Essenzjali

Iż-żejt Brent kompla biż-żieda fuq ħames ġimgħat biex jinsab f’pożizzjoni li jilħaq it-$80 matul is-sessjoni tal-lum. Dan ta serħan lis-suq waqt li ma tax kas is-saħħa tad-dollaru u l-isfidi lis-sentiment ta’ riskju miċ-Ċina. Id-deheb żdied qrib l-$1,760.