Iż-żejt Brent iżid fil-prezz

Muniti

Id-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan żammew kontroll tas-swieq finanzjarji.

L-ewro tela għal $1.1666 matul n-negozju fl-Asja u mbagħad tbaxxa lejn id-$1.1640 qabel il-ħruġ ta’ data makroekonomika Amerikana.

Bħalissa id-dħul fuq bonds ta’ 10 snin tat-Teżor Amerikan qiegħed 1.66% wara li kien laħaq l-ogħla f’bosta xhur ta’ $1.682.

L-Istati Uniti ippublikat iċ-ċifra tal-qgħad għall-ġimgħa li għaddiet li laħaq il-290,000, titjib fuq il-296,000 preċedenti.

L-October Philadelphia Fed Survey wera livell ta’ 23.8, inqas mill-25 imbassra u tbaxxa mit-30.7 ta’ Settembru.

Is-sentiment tas-suq ħżien hekk kif dawk Ewropej u Ażjatiċi kienu f’territorju negattiv. Wall Street ukoll kien negattiv.

Indiċi

Illum kien hemm bejgħ qawwi fl-indiċijiet li nsegwu u li daħlu f’territorju negattiv.

L-aktar ħażin mar it-Topix tal-Ġappun b’telf ta’ 12.32%.

Indiċijiet oħra tilfu madwar 0.25% li mhix meqjusa mossa mhux normali.

L-indiċi lokali kien ukoll negattiv.

Ishma

L-ishma lokali llum sofrew b’telf ta’ aktar minn 1.5% bħala norma.

L-aktar erba’ ishma bit-telf marru agħar minn dan il-livell bil-Malta International Airport l-aktar milqut.

L-International Hotel Investments tilef aktar minn 4.5%.

Il-Bank of Valletta żdiedu 1.7%.

Bonds

Il-bonds ukoll kienu negattivi bl-unika żieda kienet fl-International Hotel Investments 2026 li żdiedu 2.36%.

B’telf ta’ madwar 1% jew aktar iżda anqas minn 2% kienu l-Medserv, it-Together Gaming Solutions u l-Merkanti.

Prodotti essenzjali

Iż-żejt Brent baqa’ fuq quddiem, ‘il fuq minn $84, u l-ogħla minn Ottubru 2014 matul is-sessjoni Ażjatika.

Il-Brent żdied fl-aħħar aktarx minħabba antiċipazzjoni ta’ ċifri baxxi mill-Energy Information Administration dwar il-ħażniet Amerikani kif ukoll id-dgħufija tad-dollaru u sentiment ta’ riskju.

Il-fidda tilfet tliet kwarti perċentwali.

Dan it-tagħrif kien miġjub minn BNF Bank.