Iż-żejt jara bejgħ aggressiv

Muniti barranin

Il-Bank Ċentrali Ewropew żamm il-politika monetarja tiegħu bla tibdil kif kien mistenni.

Barra minn hekk, dawk li jagħmlu l-politika għamluha ċara li m’hemmx żmien għal tnaqqis minkejja li ħabbru li se jixtru bonds b’pass aktar kajman.

Lagarde qalet li qed jikkalibraw mill-ġdid u mhux inaqqsu.

Il-jum għall-ewro ma tantx kien pożittiv għaliex kien f’livell aktar baxx b’mod ġenerali.

L-isterlina qed tiġi negozjata madwar 1.3830 kontra d-dollaru u estendiet l-avvanz bikri tagħha.

Id-dollaru Amerikan jinsab taħt pressjoni biex ibiegħ minkejja profitti stabbli fil-bonds tal-Gvern Amerikan.

Indiċi

L-indiċi llum kienu mħallta bl-Istati Uniti jiftħu fuq nota pożittiva.

Aktar kmieni llum, id-dejta ppubblikata mid-Dipartiment tax-Xogħol fl-Istati Uniti wera li t-talbiet inizjali għall-qgħad niżlu għall-inqas livell minn Marzu 2020 fil-livell ta’ 310,000 iżda dan ir-riżultat ma jidhirx li qed jgħin biex jitjieb is-sentiment tas-suq.

L-Ewropa tidher li se ttemm il-jum fuq nota pożittiva. Il-Ġappun u r-Renju Unit kienu negattivi.

L-indiċi FTSE100 ġie imbuttat ‘l isfel mill-ishma ta’ AstraZeneca u Coca Cola.

L-indiċi lokali tela’ b’0.34%.

Ishma

In-negozjati llum kienu sinifikanti għalkemm kienu 3 biss mill-ishma negozjati li raw tibdil fil-prezz.

L-ishma tal-IHI raw l-ogħla qliegħ u l-prezz tela’ b’4.62% ogħla mill-ftuħ.

Lombard u BOV maru f’direzzjonijiet opposti fejn l-ishma ta’ Lombard telgħu 1.08% waqt li dawk ta’ BOV tilfu ftit aktar minn kemm iggwadanjaw il-Lombard.

Bonds

L-akbar movimenti llum kienu fuq xejra pożittiva kif jidher mill-4 bonds li raw qligħ meta mqabbla mat-2 li ġarrbu telf.

Il-bonds ta’ Virtu telgħu bi kważi 2% u l-bonds ta’ DIZZ telgħu kważi 1.5%.

Mariner u Eden telgħu madwar 1%. Il-bonds ta’ Hili u Go tilfu madwar 1.5%.

Prodotti Essenzjali

Iż-żejt kellu bejgħ aggressiv waqt is-sessjoni ta’ dalgħodu fl-Istati Uniti u niżel fir-reġjun ta’ $67.65 fl-aħħar siegħa iżda mbagħad irkupra xi ftit.

Dan it-tagħrif kien miġbur mill-BNF Bank.