Lokali
Iż-żejt jattira x-xiri wara li l-prezz tbaxxa

Muniti

L-ewro qed jibqa’ taħt is-$1.2100 iżda ‘l fuq mill-medja ta’ 100 jum ta’ $1.2056 qabel id-diskors tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde, u d-deċiżjoni important mill-Federal Reserve.

Id-dollaru qed jimxi maż-żieda fid-domanda għall-bonds Amerikani.

Aktar kmieni Lagarde qalet li huwa kmieni wisq li wieħed jgħid li l-agħar impatt ekonomiku tal-pandemija għadda. Ir-riżultati tal-laqgħa tal-Federal Reserve jkunu magħrufa tard illejla.

Indiċi

L-indiċijiet ewlenin fetħu fil-livelli tal-għeluq tal-bieraħ għax l-investituri qed jistennew il-laqgħa tal-Federal Reserve u ħruġ ta’ data makroekonomika. Wara l-ftuħ, id-Dow Jones kien qed jitlef nofs punt perċentwali.

L-istorja kienet kompletament differenti fl-Ewropa u l-Asja għax l-indiċi sabu r-raġuni għala jogħlew. L-indiċi lokali kellu l-aħjar prestrazzjoni minn dawk li jidhru fit-tabella b’żieda ta’ 2%.

Ishma

Iż-żieda ta’ 20% fil-prezz tal-PG kienet ferm ogħla minn dawn murija fl-RS2 Software, il-MIDI u l-Lifestar għalkemm xorta kienu sinifikattiv minn 7.61% sa 4.62%.

F’territorju negattiv kien hemm il-MaltaPost u l-Malta Properties li tilfu 1.575% u 1.8% rispettivament.

Bonds

Il-bonds kienu l-aktar f’territorju pożittiv. Il-Von Der Heyden, l-International Hotel Investments u Shoreline żdiedu kważi 2% bl-SD Finance isegwu mill-qrib. Il-GAP żdiedu 1%. Il-Hili Finance u d-Dizz Finance tilfu 1% u 2%.

Prodotti essenzjali

Il-prezz taż-żejt mhux raffinat llum ħareġ mill-firxa konsolidata tal-jum u qabeż l-ogħla prezz tal-ġimgħa għal madwar $63.73 matul nofs is-sessjoni Ewropea.

Iż-żejt attira xi xiri għax il-prezz tbaxxa u daħal f’territorju pożittiv għat-tieni sessjoni infila. Ix-xerrejja qed jaħsbu li jkomplu jżidu miż-żona ta’ $61.60. Iżda xorta hemm limitu fuq iż-żieda li jista jkollu ż-żejt.

Il-prezzijiet taż-żejt donnhom ħadu pawsa hekk kif in-negozjanti qed jistennew il-kummenti mill-Federal Reserve għal xi ħjiel dwar kif ser imorru l-metalli prezzjużi.

Huma qed jistennew id-deċiżjoni mil-laqgħa tal-Federal Reserve li ser tintemm aktar tard illum.

Waqt li mhu mistenija ebda bidliet sinifikattivi mill-Federal Reserve, in-negozjanti qed jittamaw li l-President tal-Bank jibqa’ jieħu atteġġjament moderat.

Għalhekk tingħata attenzjoni speċjali dwar xi ħjiel ta’ xi bidla potenzjali, fid-dawl ta’ inflazzjoni li qed tiżdied u żieda fit-tkabbir ekonomiku.

Dawn l-aħbarijiet finanzjarja kienu miġbura minn BNF Bank.