Iż-żejt jilħaq l-ogħla prezz f’ħames xhur

L-Isterlina tilfet iż-żidiet bikrin wara li kelliem għall-Gvern Ġermaniż ċaħad rapport li l-Kanċellier Angela Merkel kienet lesta li timponi limitu ta’ żmien fuq il-backstop fl-Irlanda ta’ Fuq fil-ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Il-munita Ingliża kienet żdiedet għall-ogħla rata fil-ġurnata wara li l-BBC irrapporta li membru Parlamentari ewro-xettiku Ingliż qal li sar jaf li Merkel kienet lesta li timponi limitu ta’ ħames snin fuq il-backstop.

Swieq tad-derivattivi tal-flus qed juru prospetti kawti bil-kejl ta’ volatilità għall-isterlina jibqa’ elevat mqabbla ma’ muniti oħra bħall-ewro u l-yen.

Indiċi

L-ishma Ewropew fetħu ftit baxxi, milquta mill-ishma tal-Airbus u l-fornituri tiegħu, li ntlaqtu ħażin mit-tariffi proposti mill-Istti Uniti, waqt li ġimgħa mimlija avvenimenti finanzjarji żammew kawti lill-investituri. L-iSTOXX 50 tilef 0.29%, il-CAC 40 0.22% u d-DAX tilef 0.60%.

L-irkupru tal-ishma deher li ser inaqqas mir-ritmu hekk kif theddida mill-Istati Uniti li jimponu tariffi fuq mijiet ta’ prodotti Ewropej u stennija ta’ tnaqqis ieħor qawwi fit-tbassir tat-tkabbir globali mill-Fond Monetarju Internazzjonali.

Ishma lokali

Fost l-ishma lokali, l-International Hotel Investments tilfu 2.67% segwiti mill-Bank of Valletta b’1.11%. Il-PG żdiedu b’1.40% waqt li kien hemm żieda ta’ 1.23% fl-HSBC Bank Malta.

Iż-żejt laħaq l-ogħla prezz f’ħames xhur ta’ $71-il barmil, mgħejun minn tħassib li l-vjolenza fil-Libja tista’ tnaqqas aktar il-provvista, għalkemm kummenti Russi li lesti jipproduċu aktar tappnu l-irkupru fil-prezz.

Tnaqqis fil-prezz immexxi mill-OPEC ġab aktar minn 30% żieda fil-prezz din is-sena għall-Brent, minkejja l-pressjonijiet kuntrarji minn biża’ ta’ tnaqqis ekonomiku domanda iktar baxxi.

Il-prezz tal-Brent, li huwa r-riferenza globali fis-suq, żdied għal $71.34 l-ogħla minn Novembru, iżda wara niżel għal $70.73. Il-United States West Texas Intermediate wkoll laħaq l-$64.79, l-ogħla prezz min Novembru ‘l hawn.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina llum tbaxxiet minħabba tħassib li qed jikber li l-ġlieda dwar it-tmexxija tal-Partit Konservaittiv tista’ twassal għal tluq diżordinat mill-Unjoni Eweropea. Boris Johnson, li jinsab fuq quddiem nett biex…

Id-Dollaru tbaxxa llum hekk kif it-tensjoni kummerċjali li qed tikber bejn Washington u Beijing u t-tamiet qawwija li ser jitbaxxew r-rati tal-interessi Amerikani, naqqsu d-domanda għall-munita Amerikana. Kontra basket ta’…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbiegħdet mill-inqas rati f’ħames xhur kontra l-Ewro wara li l-pagi fir-Renju Unit matul April żdiedu aktar milli kien mistenni. L-Isterlina dan l-aħħar kienet batuta hekk kif l-investituri qagħdu…

L-ewro rtira mill-ogħla rati f’xahrejn illum wara li ftehim bejn il-Messiku u l-Istati Uniti dwar l-immigrazzjoni ta spinta lid-dollaru u wara li sorsi qalu li l-Bank Ċentrali Ewropew kien lesti…

Aktar