Barranin
Iż-żejt jogħla għall-prezzijiet ta’ 3 snin ilu u d-deheb jonqos fil-valur

Muniti kontra l-ewro

L-ewro llum tilef terz ta’ punt perċentwal hekk kif l-investituri ħadu l-profitt wara l-aħħar irkupru għalkemm is-swieq finanzjarji baqgħu b’sentiment tajjeb ħafna dwar il-prospetti tal-munita unika minħabba l-irkupru ekonomiku li dejjem qed jissaħħaħ.

L-isterlina tilfet kontra d-dollaru llum hekk kif l-investituri stennew bidla fil-Kabinett Ingliż, għalkemm bosta qalu li jekk ma jkunx hemm xi sorpriżi kbar, il-bidliet mhux mistennija li jolqtu b’mod sinifikattiv l-isterlina.

Indiċi

L-indiċi Amerikani fetħu bi ftit li xejn bidliet illum, bit-telf għall-ishma tal-banek u t-teknoloġija jgħinu biex jieqaf l-aħjar bidu ta’ sena għal Wall Street f’10 snin.

Ishma lokali

Is-suq lokali tal-ishma llum ma kienx volatili. Il-Medserv kien l-uniku sehem b’żieda b’0.87%. Fuq in-naħa l-oġħra, il-MIDI, il-GO u l-International Hotel Investments tilfu b’0.57%, 1.12% u 1.56% rispettivament.

Bonds lokali

Anke s-suq tal-bonds lokali kien kwiet illum. Il-Bortex Group Finance 2027 u l-iStivala Group Finance 2027 għalqu f’territorju pożittiv b’żidiet ta’ 0.33% u 0.20% rispettivament. Il-bqija tilfu b’inqas minn 1.00%.

Indikaturi ekonomiċi

Il-bejgħ bl-imnut fiż-żona tal-ewro żdied aktar milli kien mistenni matul Novembru. F’rapport, il-Eurostat qal li l-bejgħ bl-imnut żdied għal 1.5% minn 1.1% taħt iż-żero matul Ottubru.

L-analisti kienu qed jistennew li l-bejgħ jitla’ għal 1.4%. Il-bejgħ bl-imnut żdied b’rata annwali ta’ 2.8%, imqabbel ma’ 0.2% f’Ottubru, li kien rivedut ‘l isfel minn 0.4%. L-ekonomisti kienu qed jistennew 2.2%.

Prodotti essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu llum, qrib l-ogħla livell fi tliet snin wara tnaqqis żgħir fin-numru ta’ rigs Amerikan li bdew produzzjoni ġdida u minħabba l-qtugh fil-produzzjoni mill-OPEC.

Il-prezzijiet tad-deheb tbaxxew wara li ssaħħaħ id-dollaru għax hemm stennija li ser ikun hemm aktar żidiet fir-rati tal-interessi din is-sena.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa fin-negozju bikri fi New York hekk kif irritorna s-sentiment ta’ riskju wara l-ftehim dwar il-baġit fl-Italja, waqt li mewġa ta’ rapporti finanzjarji minn kumpaniji fl-Istati Uniti tidher…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas livell f’ġimagħtejn waqt in-negozju bikri llum fi New York qabel ma rkupra xi ftit; il-munita tilfet iż-żidiet ta’ nhar il-Ġimgħa fost ħjiel mill-President Trump dwar aktar tariffi…

Lokali

Biex tiċċelebra l-għaxar edizzjoni tal-kompetizzjoni Bols Around World Lucas Bols qed tistieden lit-timijiet li jaħdmu fil-bars biex jipparteċipaw fl-edizzjoni tal-2019. Għaliex, fl-aħħar mill-aħħar, wara l-cocktails eċċellenti dejjem issib tim sħiħ…

Aktar