Iż-żejt mhux raffinat u l-Brent jiżdiedu qabel il-laqgħa tal-OPEC

Il-par ewro/dollaru kien qed jiġi nnegozjat b’żidiet modesti, hekk kif is-suq baqa’ jbiegħ lid-dollaru, iżda d-domanda għal muniti li jirrendu ħafna baqgħet dgħajfa. Il-ġimgħa qed tibda bil-mod, bl-interess spekulattiv imħasseb dwar t-tkabbir ekonomiku fost iż-żieda dejjem tikber ta’ każi ta’ Coronavirus.

Min-naħa l-oħra, il-par ewro/sterlina mexxa bla moviment ‘l isfel jew ‘il fuq. Aħbarijiet pożittivi dwar il-Brexit sostnew lill-Isterlina u llimitaw xi zidiet qawwija u l-par kellu reazzjoni baxxa għal ħruġ tar-rapport dwar il-Prodott Domestiku Gross taż-żona ewro.

L-ewro kellu żieda żgħira kontra l-Frank Żvizzeru, u tilef kontra d-dollari tal-Awstralja u tal-Kanada u kontra l-Yen.

Indiċi

L-ishma Ewropej avvanzaw, u segwew rkupru li beda fiċ-Ċina wara li l-bank ċentrali tefa’ aktar flus fis-sistema finanzjarja, b’sinjal li jrid li jillaxka l-politika monetarja. L-ishma fl-Istati Uniti fetħu ogħla minkejja nuqqas ta’ ftehim bejn il-leġiżlaturi dwar aktar pagamenti ta’ stimkulu u tensjoni akbar bejn Washington u Beijing.

Ishma

Fl-ishma lokali l-unika indikazzjoni pożittiva kienet mill-HSBC Bank Malta li avvanza 2.42%.  L-ishma negozjati l-oħra jew tbaxxew jew kienu negozjati bla bidla fil-prezz. L-inqas telf kien fil-Bank of Balletta b’0.42%.  L-aktar li tilfu kienu l-ishma tal-Malta Properties Company b’7.41%.

Bonds

Il-bonds lokali kienu aktar pożittivi b’ħames bonds jiżdiedu fil-prezz, wieħed bla bidla u ieħor bi tnaqqis. L-AX Investments 2024, l-International Hotel Investments 2026, il-Von der Heyden Group Finance  2024, il-Merkanti Holding  2026 u n-1923 Investments 2024 żdiedu b’0.47%, 1.39%, 1.52%, 2.00% u 5.26% rispettivament. Il-GAP Group  2022 ma kellu ebda bidla u l-iStivala Group Finance  2027 tilfu 0.02%.

Iż-żejt mhux raffinat u l-Brent żdiedu qabel il-laqgħa din il-ġimgħa tal-OPEC u l-alleati tagħha.  L-aġenda għal din il-laqgħa hija d-diskussjoni fuq ftehim dwar il-provvista. L-investituri qed jittamma li l-provvista ser tibqa’ kkontrollata għax id-domanda globali għadha fraġli hafna u mill-agħar.

Sadattant, id-deheb u l-fidda żdiedu 1.38% u 3.59% rispettivament.