Barranin
Iż-żejt taħt pressjoni fost tilwim kummerċjali li qed jhedded it-tkabbir ekonomiku globali

Id-dollaru kien sod illum, iżda l-investituri qagħdu lura qabel ir-rapport dwar l-impjiegi, eskluża l-biedja, fl-Istati Uniti li jista’ jinfluwenza l-kors tal-politika monetarja f’terminu qasir mill-Federal Reserve.

L-indiċi tad-dollaru kontra grupp ta’ sitt muniti ftit inbidel, wara li qatta’ l-jum preċedenti f’firxa dejqa hekk kif is-swieq finanzjarji fl-Istati Uniti kienu magħluqa minħabba l-btala ta’ Jum l-Indipedenza.

L-ishma Ewropej fetħu ftit ‘l isfel hekk kif l-investituri qed jistennew il-ħruġ tal-istatistika dwar l-impjiegi fl-Istati Uniti, li tista’ tipprovdi indikazzjoni dwar jekk il-Federal Reserve hux mistenni li jnaqqas ir-rati tal-interess fil-laqgħa dwar il-politika monetarja dan ix-xahar.
Fl-Ewropa, l-iSTOXX 600 tilef 0.1% fin-negozju bikri bl-ishma tar-riżorsi bażiċi jitilfu 1.3% waqt li l-ishma tat-telekomunikazzjoni wrew żieda ta’ 0.5%. Il-fokus tas-suq huwa fuq iċ-ċifri tal-impjiegi u tal-qgħad fl-Istati Uniti. L-impjiegi mistennija juru żieda ta’ 160,000 f’Ġunju meta mqabbla ma’ żieda ta’ 75,000 f’Mejju.

L-indiċi tal-prezzijiet bil-quddiem tal-ishma fl-Istati Uniti dehru li ser jiftħu xi ftit ogħla hekk kif l-investituri ffukaw fuq il-ħruġ taċ-ċifri tal-impjiegi.

Il-prezzijiet taż-żejt mhux maħdum waqgħu llum minħabba li l-prospett għat-tkabbir fl-ekonomija globali għeleb it-tensjonijiet elevati fl-Lvant Nofsani u li jistgħu jfixklu r-rotot ta’ provvista u jgħollu l-prezzijiet.

Il-United States West Texas Intermediate tilef 1.1% għal $56.72.

Il-prezz bil-quddiem tal-Brent tilef 0.1% għal $63.25, wara li lbieraħ tilef 0.8%. Analisti qalu li ż-żejt jinsab taħt pressjoni dwar id-domanda futura fost tilwim kummerċjali li qed jhedded it-tkabbir ekonomiku globali. Iżda t-tnaqqis kien limitat mill-impenn li titnaqqas il-produzzjoni mill-akbar esportaturi taż-żejt, inklużi membri tal-OPEC u produtturi oħrajn bħar-Russja.

Il-prezzijiet tad-deheb għolew illum u kienu resqin lejn is-seba’ ġimgħa konsekuttiva ta’ żieda għax l-investituri stennew l-istatistika tal-impjiegi li tista’ tinfluwenza l-politika monetarja tal-Federal Reserve.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-frank Żvizzeru ssaħħaħ kontra l-muniti ewlenin sħabu u huwa fi triqtu lejn l-akbar żieda f’jum kontra d-dollaru Amerikan, f’xahar li fih il-Bank Ċentrali Żvizzeru ma segwiex lill-Bank Ċentrali Ewropew…

Barranin

Il-yen illum baqa’ mwaħħal mal-inqas rata f’sitt ġimgħat kontra d-dollaru hekk kif sinjali li juru li l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed inaqqsu d-differenzi ta’ bejniethom dwar il-kummerċ qabel taħditiet kruċjali,…

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra d-dollaru, jum qabel ma l-Bank Ċentrali Ewropew huwa mistenni li jżid aktar stimulu monetarju biex jixpruna lill-ekonomija tar-reġjun. Ħames sorsi familjarji mad-diskussjoni…

Barranin

Muniti L-ewro żdied illum wara li rapport li l-Ġermanja aktarx li żżid l-istimulu fiskali kabbar it-tamiet li l-gvernijiet ser jaġixxu biex jixprunaw it-tkabbir fir-reġjun, għalkemm l-aspettattivi ta’ aktar illaxkar monetarju…

Aktar