Barranin
Iż-żidiet fil-każijiet ġodda ta’ coronavirus inaqqsu r-ritmu tal-irkupru ekonomiku

Din hija ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank.

Muniti

Id-dollaru llum żamm iż-żidiet tiegħu kontra l-maġġoranza tal-muniti  hekk kif it-tħassib dwar il-qawmien mill-ġdid fil-coronavirus li qegħda bil-mod tolqot ħażin l-attività ekonomika wasslet għal dħul ta’ flus fid-dollaru meqjusa bħala assi sigura.  L-ewro kien sostnut tajjeb minn tamiet li l-uffiċjali Ewropej ser jiftehmu dwar miżuri ta’ stimulu f’laqgħa li bdiet illum.

Għal din il-ġimgħa, id-dollaru kien riesaq lejn żidiet kontra l-yen, l-isterlina u l-Frank Żvizzeru dejjem minħabba d-dħul ta’ flus barranin.

Ishma

L-ishma Ewropew żdiedu għax l-attenzjoni daret lejn Brussel fejn l-Unjoni Ewropea mistennija li jiftehmu dwar id-dettalji tal-fond ta’ rkupru ta’ €750 biljun  b’rapport finanzjarji tajbin mill-kumpaniji Ericsson, Daimler u kumpaniji jsostnu ż-żidiet.

L-ishma fiż-żona ewro żdiedu 0.1% wara li rkupraw fix-xhur li għaddew wara tamiet li l-fond tal-UE biex isostni l-ekonomija jista’ joħroġ liż-żona mir-riċessjoni.

Prodotti essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt llum tbaxxew, bin-negozju mmarkat mill-inċertezza li qed tikber dwar l-irkuprui globali fid-domanda għall-fjuwil maż-żieda ta’ każi tal-coronavirus f’bosta pajjiżi fl-istess ħin li l-produtturi ewlenin qed jillaxkaw it-tnaqqis fil-produzzjoni.

Nhar il-Ħamis, l-Istati Uniti rrapportaw tal-anqas 70,000 każ ġdid, rekord għal ġurnata waħda. Spanja u l-Awstralja ukoll qalu li kellhom l-akbar żieda f’ġurnata f’aktar minn xahrejn, waqt li l-każi komplew jiżdiedu fl-Indja u l-Brazil ħarrxu l-miżuri tal-lockdown.

Iż-żidiet fil-każi qed inaqqsu r-ritmu tal-irkupru fl-użu tal-fjuwil wara it-tnaqqis tal-lockdown fl-Istati Uniti u f’pajjiżi oħrajn, u dan qajjem it-tħassib li jridu jgħaddu s-snin qabel ma l-konsum jirkupra sewwa mill-effetti tal-pandemija.

Iż-żewġ prezzijiet ta’ referenza tilfu 1% wara li l-OPEC u l-alleati ftehmu li jnaqqsu t-tnaqqis fil-produzzjoni impost kmieni din is-sena b’2 miljun barmil kuljum f’Awwissu.

L-analista fil-Commonwealth Bank of Australia, Vivek Dhar qal li ż-żieda attwali fil-produzzjoni tkun qrib l-Biljun barmil kuljum, hekk kif pajjiżi bħall-Iraq – li kellu produzzjoni żejda mqabbla mal-impenji tagħhom li jnaqqsu l-produzzjoni minn Mejju sa Lulju – ftiehem għal tnaqqis akbar f’Awwissu u Settembru. Analisti jistennew li s-suq ser jibqa fil-firxa bejn l-$40 u l-$45 kull barmil, bir-ritorn mistenni ta’ xi provvisti mill-Istati Uniti u l-inċertezza dwar id-domanda għall-fjuwil hekk kif aktarx ser ikunu meħtieġa lockdowns biex inaqqsu ż-żieda fil-każi.

Id-deheb baqa qrib l-$1,800 kull uqija wara tnaqqis qawwi fis-seduta preċedenti, minħabba li t-tħassib dwar iż-żieda fil-każi tal-coronavirus u t-tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina saħħew is-sentiment lejn id-deheb bħala assi sigura, għalkemm dollaru aktar b’saħħtu llimita lid-dollaru.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro illum kien dgħajjef kontra l-muniti kollha, għalkemm huwa kellu xi żidiet kontra l-muniti Nordiċi. L-isterlina ssaħħet għall-ogħla rata f’ħames xhur kontra d-dollaru u riesqa lejn id-$1.32 wara li…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank: Muniti L-isterlina tbaxxiet u tilfet iż-żidiet bikrin wara li d-dollaru Amerikan żdied kontriha, waqt li l-biża’ tat-tieni mewġa ta’ coronavirus…

Barranin

Insellmilkom din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank Muniti Id-dollaru llum waqa’ għall-inqas rata f’sentejn u riesaq lejn l-agħar tnaqqis f’xahar f’perjodu…

Barranin

L-ewro rtira wara jumejn żieda kontra d-dollaru, hekk kif il-Ġermanja rrapportat produzzjoni ekonomika diżappuntanti għat-tieni kwart tas-sena u l-Federal Reserve żamm l-appoġġ tiegħu għall-ekonomija Amerikana. L-ewro jidher li ser jagħlaq…

Aktar