Barranin
Iż-żieda fil-każijiet tal-Covid-19 fl-Indja u l-Ġappun jistgħu jnaqqsu d-domanda għall-fjuwil

Muniti

L-ewro tela’ għal $1.2116 fil-bidu tal-ġimgħa iżda ma kienx hemm aktar żviluppi fost negozju fqir minħabba btajjel fl-Awstralja u fi New Zealand.

Il-par irtira minn din ir-rata hekk kif id-dollaru ssaħħaħ minħabba s-saħħa fid-dħul mill-bonds tal-Gvern Amerikan. Id-dħul fuq il-bonds għal 10 sena tela’ għal 1.60% waqt li l-ishma fl-Asja u fl-Ewropa kienu negozjati b’sentiment imħallta.

Il-Ġermanja ppubblikat l-istħarriġ mill-istitut IFO għal April li wera li l-klima tan-negozju ċkienet bla mistenni minn 99.7 għal 98.7 meta kien mistenni li ċ-ċifra tibqa l-istess.

Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni preżenti ġabet livell ta’ 94.1 waqt li l-aspettattivi għan-negozju tbaxxew għal 99.5.

L-Istati Uniti ppublikat iċ-ċifri għall-ordnijiet għall-oġġetti durabbli ta’ Marzu li żdiedu 0.5% meta kien mistenni li juru żieda ta’ 2.5%.

Id-dollaru Awstraljan llum kellu jum tajjeb b’żieda qrib il-1%.

Indiċi

Fil-boroż llum kien jum bħas-soltu bil-Bitcoin tavvanza wara l-waqfa ta tmiem il-ġimgħa żdiedet bi 8% għal $54.000 u s-swieq tal-ishma qed ilestu rwieħhom għal perjodu ta’ żieda ieħor.

Huwa biss l-Federal Reserve li jista’ jżomm l-avvanz u dan ma jidhirx li huwa l-każ. Xi bejgħ bi profit qabel deċiżjoni mill-Federal Reserve jista’ jkun inevitabbli iżda aktarx tranżitorju għax uħud qed jgħidu li din hija bużżieqa li baqgħalha snin biex tinfaqa’.

L-indiċi tas-settur finanzjarju qed jiżdied b’1% fuq bażi ta’ kuljum sostnut minn żieda modesta fil-bonds ta’ 10 snin. Min-naħa l-oħra, l-indiċi tal-oġġetti tal-konsumatur mar l-agħar b’telf ta’ 0.7%.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, żewġt ishma kellhom l-akbar movement iżda f’direzzjonijiet opposti bl-International Hotel Investments jiżdiedu b’aktar minn 7.5% bl-RS2 Software jitbaxxew bi 8%.

Bejniethom il-Malta International Airport żdiedu kważi 1% waqt li ż-żewġ banek ewlenin tilfu ftit aktar minn 1%.

Bonds

Fil-bonds kien hemm aktar f’territorju pożittiv b’erbgħa jiżdiedu u tlieta jitilfu. Il-Hili Finance 2029 żdiedu 1.41%, segwiti mill-MIDI b’0.87% waqt li l-Hili Properties u l-International Hotel Investments jiżdiedu ftit inqas minn 0.5%.

In-1923 Investments u l-Mediterranean Maritime Hub tilfu 0.5% waqt li l-iStivala Group Finance tilfu ftit inqas minn 1%.

Prodotti essenzjali

Il-prezz taż-żejt kiseb lura xi ftit mit-telf ta’ matul il-jum li wasslu għall-inqas prezz f’bosta jiem u l-aħħar li kien negozjat kien bil-prezz ta’ $61.40, telf ta’ 2.

Kien hemm bejgħ qawwi taż-żejt u tilef iż-żidiet ta’ matul l-aħħar żewġ sessjonijiet ta’ negozju.

L-investituri issa jidhru inkwetati li l-każi li qed jiżdiedu fl-Indja u l-Ġappun – it-tielet u r-raba l-akbar importaturi taż-żejt fid-dinja, se jnaqqsu d-domanda għal fjuwil. Dan kien il-fattur ewlenin li tefa’ pressjoni l isfel fuq iż-żejt.

Id-deheb tbaxxa biex jikseb sostenn qrib prezz li tiela wara x-xiri qawwi tal-ġimgħa li għaddiet u l-prezz niżel taħt l-$1,800. Il-fidda żdiedet b’aktar minn 0.5% tard wara nofsinhar.

Din kienet ġabra ta’ aħbarijiet miġbura minn BNF Bank.