Barranin
Iż-żieda fil-każijiet tal-COVID-19 madwar id-dinja twassal biex jaqa’ l-prezz taż-żejt

L-ewro rtira wara jumejn żieda kontra d-dollaru, hekk kif il-Ġermanja rrapportat produzzjoni ekonomika diżappuntanti għat-tieni kwart tas-sena u l-Federal Reserve żamm l-appoġġ tiegħu għall-ekonomija Amerikana. L-ewro jidher li ser jagħlaq Lulju bl-aħjar żieda f’xahar f’10 snin, żieda ta’ 4.5% iżda żieda fis-sentiment aggressiv qed jhedded dan. L-ewro tilef kważi 0.34% għal $1.1752 hekk kif il-boroż finanzjarji Eweropej tbaxxew wara r-rapporti dwar it-tieni kwart tas-sena tefgħu pressjoni fuq is-sentiment. Madankollu fl-Istati Uniti l-ewro u d-dollaru kienu qed jiġu nnegozjati bla moviment.

L-ekonomija Ġermaniża ċkienet b’10.1%, ferm eħżen milli mistenni matul it-tieni kweart, l-akbar waqgħa fl-istorja, hekk kif l-infiq mill-familji, investiment tan–negozju u l-esportazzjoni kollha tbaxxew matul il-pandemija.

L-Isterlina żdied kemm kontra d-dollaru kif ukoll kontra l-ewro għal madwar $1.30, iżda r-riskji relatati mal-Brexit u l-effett ekonomiku tal-pandemija żammew kawti lill-investituri dwar il-prospetti fit-tul tal-ekonomija.

Indiċi

L-ishma Ewropew tbaxxew illum hekk kif rapporti ħżiena mill-kumpaniji u Prodott Domestiku Gross eħżen milli mistenni mill-Ġermanja naqsu l-effett tal-aħbar li l-Federal Reserve wiegħed li ser ikompli bl-istimulu biex jgħin lill-ekonomija mħarbta mill-pandemija.

L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street kienu resqin lejn ftuħ baxx wara li l-istatistika kkonfermat li l-ekonomija sofriet l-akbar daqqa mid-Dipressjoni l-Kbira, u dan kompla jingħaqad mat-telf ta’ impjiegi u qawmien fil-każi tal-Coronavirus.

Il-Prodott Domestiku Gross tal-Istati Uniti tbaxxa bi 32.9% fuq rata annwalizzata fit-tliet xhur li għaddew. Skont rapport tad-Dipartiment tal-Kummerċ l-attività waqfet ħesrem minħabba l-ħidma biex titwaqqaf l-imxija tal-virus. In-numru ta’ nies qegħda wera żieda oħra din il-ġimgħa, u dan kompla jżid mas-sinjali li r-ritmu tal-irkupru fl-ekonomija Amerikana naqas speċjalment fl-istati tan-nofsinhar u tal-Punent.

Ishma

Fil-Borża ta’ Malta, l-ishma ta’ Mapfre Middlesea kienu fuq quddiem tat-tnaqqis b’6.48% segwiti mill-Malta International Airport li tilfu 3.64%. Il-BMIT Technologies tbaxxew b’0.83% u l-Bank of Valletta naqsu b’0.61% F’territorju pożittiv kien hemm il-MaltaPost u l-RS2 Software b’0.85% u kienu l-Malta Properties Company li marru l-0aħjar b’żieda ta’ 4.67%.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali il-Corinthia Finance 2026 tilfu 2.84%, il-Von der Heyden Group Finance 2024 tbaxxew b’1.48%, id-Dizz Finance 2026 b’ 1.01%, l-SP Finance 2029 b’0.99% u l-Hili Properties 2025 b’0.98%.

Fuq in-naħa pożittiva kien hemm l-International Hotel Investments 2024 b’1.40% u l-International Hotel Investments 2025 kienu l-aħjar li marru b’1.90%.

Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu llum, minħabba li ż-żieda fil-każi tal-Coronavirus madwar id-dinja qed thedded l-irkupru fid-domanda għall- fjuwil hekk kif il-produtturi ewlenin dalwaqt iżidu l-produzzjoni.

Id-deheb tbaxxa llum hekk kif id-dollaru waqqaf it-tnaqqis tiegħu, bl-analisti jgħidu li d-deheb jista’ jkollu aktar reżistenza biex jaqbeż il-livell ta’ $2,000 kull uqija.

Il-prezz tad-deheb ilbierah tela’ għal kważi livell rekord wara li l-Federal Reserve wiegħed li jkompli bir-rati ta’ interess qrib iż-żero. Iżda ż-żidiet inizjali fl-ishma mmexxija minn Wall Street matul il-lejl, u ż-żieda fir-rata tad-dollaru, li tagħmel lid-deheb inqas attraenti għall-investituri b’muniti oħra, waqfet l-avvanz tad-deheb,

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina żammet ‘il fuq minn $1.30 u żammet maż-żidiet riċenti minħabba d-djufija tad-dollaru, li ibbilanċjaw sewwa l-impatt ta’ tnaqqis rekord fil-produzzjoni ekonomika fir-Renju Unit.  L-Isterlina kompliet timxi ‘il quddiem…

Barranin

Muniti L-ewro llum żdied wara li s-sentiment tal-investitur fil-Ġermanja tjieb aktar milli mistenni matul Awwissu. L-istħarrig mill-Istitut ZEW dwar is-sentiment ekonomiku tela għal 71.5 minn 59.3 tax-xahar ta’ qabel, ferm…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta kul nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Tnaqqis ta’ 10% fil-valur tad-dollaru Amerikan minn Marzu xpruna r-ritorn għall-investituri barranin fl-akbar suq tal-bonds tal-gvern…

Barranin

Muniti L-ewro illum kien dgħajjef kontra l-muniti kollha, għalkemm huwa kellu xi żidiet kontra l-muniti Nordiċi. L-isterlina ssaħħet għall-ogħla rata f’ħames xhur kontra d-dollaru u riesqa lejn id-$1.32 wara li…

Aktar