Iż-żieda fil-każijiet tal-COVID-19 tbaxxi l-prezz taż-żejt

Id-dollaru ssaħħaħ għax l-ottimiżmu qawwi dwar il-vaċċin iltaqa’ ma’ tħassib minħabba n-numru qed jiżdied tal-każi tal-Coronavirus u r-riskju lill-irkupru ekonomika globali fraġli. L-ewro ssaħħaħ kontra l-Isterlina u kontra d-dollaru Awstralja u ddgħajjef kontra l-muniti l-oħrajn. F’dimensjoni oħra, l-ewro kien l-aktar munita użata għall-pagamenti globali x-xahar li għadda, l-ewwel darba li qabeż lid-dollaru minn Frar 2013. Dejta minn SWIFT, is-Society for Worldwide Interbank Financial Telecommunication, li tħaddem it-trasferimenti bejn il-pajjiżi għal aktar minn 11,000 l-istituzzjoni finanzjarji f’200 pajjiż, wriet li l-munita unika u d-dollaru kienu segwiti mill-Isterlina u l-Yen. Id-dollaru Kanadiż qabeż lil Yuan Ċiniż għall-ħames post.

Indiċi

L-indiċi ewlenin f’Wall Street fetħu baxxi minħabba li ż-żieda fil-każi tal-Coronavirus u żieda mhux mistennija fil-qgħad qajmnu l-biża’ ta’ waqfien fit-tkabbir ekonomiku fl-akbar ekonomija tad-dinja.

Id-Dow Jones kien qed jitlef 0.31% qrib il-ħin tal-ftuħ. L-ishma Ewropej tbaxxew wara telf qawwi f’Wall Street għax l-investituri qed jibżgħu li se jkun hemm sensiela oħra ta’ restrizzjonijiet minħabba ż-żieda fil-każi tal-COVID-19. It-Topix avvanza 0.33% waqt li l-indiċi lokali kellu l-istess perċentwal ta’ moviment iżda f’direzzjoni opposta.

Ishma

L-ishma lokali llum kienu ixaqilbu l-aktar lejn in-negattiv kemm fl-għadd kif ukoll fid-daqs tat-telf imqabbel maż-żidiet. L-ishma tal-Malta International Airport żdiedu 0.96% waqt li l-PG avvanzaw 0.53%.  L-RS2 Software u l-HSBC Bank tilfu madwar 1%, waqt li l-GO u l-BMIT Technologies tilfu aktar minn 2.5% tal-valur.

Bonds

Il-bonds lokali ukoll kienu fl-istess ilma tal-ishma. It-Tumas Investments 2024 u l-Midi żdiedu bi 2% wwaqt li l-International Hotel Investments żdiedu 0.56%. It-Tumas Investments 2027 tilfu 0.5%. Tum Finance, il-Hal Mann Vella u l-Mediterranean Investment Holdings tilfu 2%.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew għax żieda fil-każi tal-Coronavirus u restrizzjonijiet aktar iebsin madwar id-dinja tefgħu pressjoni fuq l-aspettattivi dwar id-domanda u ġibdu ‘l isfel l-ishma. Id-deheb u l-fidda tbaxxew, l-aktar il-fidda li tilfet aktar mid-deheb.