Barranin
Iż-żieda fil-prezz tad-deheb tista’ tattira aktar xerrejja

L-ewro waranofsinhar kien qed jiġi nnegozjat fuq id-difiża għat-tielet sessjoni infila wara li kien laħaq l-ogħla livell tas-sessjoni ta b$1.1950. It-tnaqqis ta’ malajr fil-par wasal waqt xejra ta’ saħħa fid-dollaru minkejja kompla jikkonsolida d-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan. Riżultati tajbin mill-istħarrig tal-istitut tas riċerka Ġermaniż, ZEW, juru li s-sentiment ekonomiku fil-Ġermanja u fiż-żona ewro kompla jitjieb matul Marzu għalkemm dawn ir-riżultati taw sostenn ta’ ftit ħin lill-ewro. Fil-qasam tad-data fl-Istati Uniti, iċ-ċifri dwar il-bejgħ bl-imnut iddiżapuntaw l-parteċipanti fis-suq wara li l-bejgħ naqas bi 3% minn xahar għal xahar. Anke il-bejgħ ewlieni tilef 2.78%. L-ewro tilef kważi kontra kull munita bl-akbar telfkontra l-yen u l-frank Żvizzeru.

Indiċi

L-indiċijiet maġġuri tal-ishma bdew il-jum mħallta hekk kif lp-investituri jidher li qed jippreferu jistennew qabel ma toħroġ l-istqarrija dwart il-politika monetarja mill-Federal Open Market Committee. Madankollu, l- S&P 500 Index irnexxielu jiżdied 0.12% matul il-jum. Id-Dow Jones kien qed jitlef 0.24%. L-indiċijiet maġġuri l-oħrajn kienui pożittivi bid-DAX tal-Ġermanja bl-akbar żieda. L-ishma tal-Volkswagen llum żdiedu kważi 30% wara li l-kumpanija ħabbre tpjani biex tegħleb lil kumpanija Tesla fil-manifattura tal-karozzi elettriċi. L-indiċi lokali żdied 0.17%.

Ishma

Ebda sehem negozjat fil-Borża ta’ Malta llum ma kien negattiv. Tliet ishma kienui negozjati bla movement fil-prezz. L-attenzjoni kienet fuq il-Malta Properties Company li żdiedu bi 8%. Lifestar avvanzaw 2%. L-RS2 Spftware żdiedu b’nofs punt perċentwali.

Bonds

Kien hemm aktar bilanċ fil-bonds lokali. Il-Halmann, Together Gaming, AX Investments u l-GAP kienu negozzjat f’territorju pożittiv b’movimenti ta’ bejn 1.43% u 0.88%. Il-bonds ta’ Hili Finance 2028, GAP 2022 u l-MIDI kellhom telf ta’ 0.93% għal Hili u l-MIDI tilfu kważi 2%.

L-irkupru fil-prezz taż-żejt jinsab f’idejn l-OPEC hekk kif aktar tnaqqis fil-ħażna taż-żejt jissuġġerixxi saħħa fiż-żejt lejn tmiem is-sena. L-istrateġisti qed ibassru wkoll kapaċità żejda matul l-2022.

Id-deheb illum kien qed ikollu żidiet żgħar ‘il fuq mill-$1,735 u prezz ogħla minn dan il-limitu jista’ jattira aktar xerrejja.

Fin-negozju riċenti, il-prezz tal-fidda ma tantx kien sejjer tajjeb, f’dik li qed titqies bħala xejra ta’ bejgħ tekniku aktar milli xi ħaġa oħra; il-prezzijiet tal-fidda tbaxxew aktar mil-limitu tal-appoġġ fil-livell ta’ $26, wara li kmieni fis-sessjoni ma rnexxielux jaqbez is-$26.30 tal-bieraħ.

Spot silver prices have been on the back foot in recent trade, amid what seems to be a bout of technical selling more than anything else; silver prices recently dropped below support at the $26.00 level, having failed earlier in the session today to break above yesterday’s highs at $26.30.