Barranin
Iż-żona ewro bl-ebda sinjali ta’ tisħiħ ekonomiku bl-Italja f’xifer ta’ riċessjoni

Muniti

Iż-żona ewro mhux qed turi ebda sinjali ta’ tisħiħ ekonomiku bl-Italja f’xifer ta’ riċessjoni wara li l-gvern populista daħal f’battibekk mal-awtoritajiet Ewropej dwar il-pjanijiet tal-infiq. Bħalissa s-sitwazzjoni fir-reġjun magħmul minn 19-il nazzjon huwa fl-aktar livell dgħajjef f’aktar minn sentejn u n-negozji u l-inċertezza politika qed ibaxxu dejjem aktar il-kunfidenza. L-attività x-xahar li għadda ntefgħet lura minnħabba l-Italja u r-riskji ta’ kontrazzjoni oħra qed dejjem jiżdiedu.

Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat ideat biex tqawwi l-ewro bħala munita internazzjonali fost tħassib li l-Istati Uniti qegħdin jużaw dejjem aktar id-dollaru bħala għodda diplomatika. F’Settembru, il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker qal li l-ewro għandu jkollha rwol akbar fi ħlasijiet internazzjonali u żied jgħid li l-ewro għandha ssir għodda attiva tas-sovranità ekonomika tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni żieded tgħid li Ewro aktar b’saħħitha tista’ tqawwi r-reżiljenza tas-sistema finanzjarja internazzjonali, tipprovdi aktar għażla u tnaqqas ir-riskju ta’ espożizzjoni meta wieħed iserraħ fuq munita waħda, filwaqt li jiġu mħarsa l-interessi u n-negozju tal-Unjoni Ewropea madwar id-dinja.

Il-Kummissjoni rrakkomandat li l-Istati Membri jippromwovu l-użu tal-ewro fi ftehimiet internazzjonali dwar l-enerġija kif ukoll sejħet għall-promozzjoni ta’ hubs ta’ gass likwidu fl-Ewropa biex jissaħħu prodotti ta’ denominazzjoni ewro kif ukoll it-tnedija ta’ benchmarks ta’ denominazzjoni ewro għaż-żejt mhux maħdum.

L-ewro baqgħet ogħla minn 0.13 fil-mija kontra d-dollaru għal 1.13570. Barra minn hekk, l-Ewro tela’ 0.73 fil-mija kontra d-dollaru Awstraljan, 0.23 fil-mija kontra d-dollaru Kanadiż, 0.36 fil-mija kontra l-Yen Ġappuniż u 0.13 fil-mija kontra l-Frank Żvizzeru. Sadanittant, l-Ewro niżel b’0.28 fil-mija kontra l-isterlina.

Indiċi

L-istokks qed jitħabtu wara dak li seħħ ilbieraħ f’Wall Street hekk kif l-investituri qed jippruvaw isibu tarf tal-futur imċajpar għat-tkabbir globali u l-prospetti ta’ negozju bejn l-akbar żewġ ekonomiji tad-dinja.

L-indiċi Ewropej kienu kollha f’territorju negattiv. Il-FTSE 100 niżel b’1.01 fil-mija, STOXX 50 niżel b’0.71 fil-mija, DAX niżel b’0.65 fil-mija u CAC40 niżel b’0.83 fil-mija.

Id-Dow Jones Industrials fetaħ 3.10 fil-mija inqas għal 25,027.07.

L-indiċi tal-Borża ta’ Malta niżel b’0.183 fil-mija u għalaq f’8,876.50

Ishma

Bank of Valletta plc telgħu b’0.38 fil-mija u għalaq fil-livell ta’ 1.32. GO plc. HSBC Bank Malta plc, RS2 Software plc u Simonds Farsons Cisk plc baqgħu bla ebda tibdil. Trident Estates plc u MIDI plc niżlu b’2.60 u 2.88 fil-mija rispettivament.

Bonds

3.75% Premier Capital 2026, 4.40% Von der Heyden Group Finance 2024, 3.50% Bank of Valletta 2030 (Series 1) u 4.00% Eden Finance 2027 telgħu b’ 0.10, 0.10, 0.24 u 0.47 fil-mija rispettivament. Filwaqt li 35.75% International Hotel Investments 2025, 3.75% Tumas Investments 2027 u 4.00% International Hotel Investments 2026 niżlu b’aktar minn 0.05 fil-mija, b’4.00% International Hotel Investments 2026 jinżlu l-aktar b’0.47 fil-mija.

Prodotti essenzjali

Iż-żejt Brent niżel b’0.35 fil-mija għal $61.82 kull barmil u l-U.S. light crude niżel b’0.06 fil-mija għal $53.19.

Sadanittant id-Deheb niżel b’0.04 fil-mija għal $1237.97 kull uqija u din kienet l-ikbar żieda fi kważi tliet ġimgħat u l-fidda niżel b’0.16 fil-mija għal $14.50 kull uqija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Ewro għal ftit ħin wera żieda hekk kif avvanzaw il-bonds Taljani wara rapport li l-Italja aktarx tipproponi defiċit ta’ 2% għas-sena d-dieħla, li tkun konċessjoni lejn l-Unjoni Ewropea. L-ewro wara…

Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar baxx kontra l-parti l-kbira tal-muniti tal-Grupp tal-10 hekk kif il-Yen u l-Frank Żvizzeru avvanzaw minħabba tħassib dwar il-kummerċ, waqt li l-Isterlina ssaħħet għax l-investituri biegħu l-munita…

Barranin

L-Isterlina tbaxxiet għall-inqas rata tagħha fi kważi 18-il xahar waqt li kien hemm irkupru fil-bonds tal-Gvern Ingliż hekk kif kien irrapportat li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May ħassret vot kruċjali…

Barranin

Il-ġimgħa li għaddiet l-ewro għadda minn fażi ta’ konsolidament kontra l-Isterlina wara dak li deher li kien laħaq qabeż l-inqas livell minn Awwissu. Dan iżda kien falz. Minn dak iż-żmien,…

Aktar