Jaqa’ l-prezz tad-deheb u taż-żejt

Id-dollaru qed jipprova jtemm il-ġimgħa b’ton aktar sod hekk kif is-swieq naqqsu t-tamiet dwar tnaqqis fir-rati tal-interess fl-Istati Uniti u xi wħud jispekulaw li l-istatistika pendenti dwar l-impjiegi mistennija tkun ferm aħjar milli mistennija.

L-ewro baqa’ bir-rata ta’ $1.1172, wara li tbaxxa mid-$1.1219 ta’ matul il-lejl għalkemm huwa xi ftit aħjar din il-ġimgħa. L-istħarriġ dwar is-settur tal-manifattura fiż-żona tal-ewro wera aktar tnaqqis matul April, iżda ma marx aktar ħażin.

Stħarriġ minn Reuters juri li l-prospetti tal-Isterlina tilfu xi ftit matul l-aħħar xahar wara l-inċertezza dwar il-posponiment tal-Brexit u d-data riċenti li wriet ekonomija li qed titħabat.

L-ishma Ewropew żdiedu llum, mgħejuna minn żidiet fl-ishma bankarji. L-investituri kienu qed jistennew numru ta’ statistiċi aktar tard fil-jum fosthom l-prezzijiet tal-produzzjoni fiż-żona tal-ewro matul Marzu u l-għadd ta’ impjiegi, eskluża l-biedja, mill-Istati Uniti. Dan mistenni juri żieda ta’ 185,000 impjiegi netti.

Is-swieq Asjatiċi baqgħu f’firxa dejqa fost negozju fqir matul il-btajjel u l-investituri wkoll qed jistennew l-istatistika mill-Istati Uniti.

Il-prezz taż-żejt waqa’ lbieraħ, biż-żejt mhux maħdum mill-Istati Uniti jitlef kważi 3% fil-prezz hekk kif is-suq qed jibża’ minn provvista żejda minħabba li s-sanzjonijiet miżjuda kontra l-Iran mill-Istati Uniti kellhom impatt aktar gradwali milli mstenni u l-inventarji taż-żejt mhux maħdum fl-Istati Uniti żdiedu sewwa.

Il-United States West Texas intermediate tilef $1.79 jew 2.8% għal $61.81 kull barmil, u riesaq lejn l-akbar waqgħa f’ġimgħa minn Frar. Il-Brent tilef $1.43 kull barmil jew 2.00% għal $70.75.

L-analisti qalu li s-sentiment tas-suq ikkalma hekk kif il-bidla tal-politika Amerikana dwar l-Iran ħalliet inqas impatt immedjat milli inizjalment kien maħsub.

Is-sanzjonijiet mill-Istati Uniti kontra l-Iran żdiedu din il-ġimgħa hekk kif l-amministrazzjoni Trump waqqfet is-sospensjoni li kienet tippermetti tmien pajjiżi, inkluż iċ-Ċina u t–Turkija, li jkomplu jagħmel negozju mal-Iran.

Il-medja tal-prezz tad-deheb din is-sena ser tkun ta’ $1,322 kull uqija u $1,369 fl-2020, skont it-tbassir minn 34 analisti u investituri.

Il-prezzijiet tad-deheb tilfu fil-ġimgħat riċenti għal madwar €1,200 minħabba pressjoni minn dollaru aktar b’saħħtu.  Dan jagħmel lid-deheb aktar iqum għal xerrejja b’muniti oħra, u minn swieq finanzjarji li marru tajjeb u li joffru lill-investituri dħul aħjar.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa llum, hekk kif id-dħul mill-bonds tat-Teżor komplew jilħqu livelli baxxi ġodda, u l-investituri qed jaħsbu bis-sħiħ li l-Federal Reserve ser inaqqas ir-rati tal-interessi biex itaffi l-impatt tal-coronavirus…

It-telf tal-Isterlina kompla hekk kif l-investituri naqqsu l-investment minħabba biża’ li l-baġit tal-Ministru tal-Finanzi ġdid fir-Renju Unit Rishi Sunak f’Marzu jista’ jiddiżappunta dawk li qed jistennew żieda fin-nefqa pubblika. Id-dollaru…

Barranin

Muniti Bl-esportazzjoni inżammet lura l-attività ekonomika fil-Ġermanja fir-raba’ kwart tal-2019. Dan jikkonferma li l-akbar ekonomija fiż-żona euro kienet diġà qed tistaġna ferm qabel l-imxija tal-coronavirus. L-ewro tilef 0.15% kontra d-dollaru…

L-ewro tbaxxa qrib id-$1.08 u d-Dollaru Awstraljan tbaxxa għall-inqas rata fi 11-il sena hekk kif l-imxija tal-coronavirus barra ċ-Ċina qed twassal għal biża’ ta’ pandemija u wasslet biex investiture jmorru…

Aktar