Jaqa’ l-prezz tad-deheb u taż-żejt

L-irkupru fid-dollaru waqaf illum bl-istatistika tajba ferm mill-Istati Uniti ma setgħet tagħmel xejn biex issostni lill-munita jew tikkonvinċi lill-investituri li t-tnaqqis fl-attività erkonomika spiċċa. Id-dollaru kien negozjat f’firxa żgħira hekk kif il-Ġappun beda ġimgħa ta’ btajjel, tipikament perjodu ta’ ftit likwidità li tista’ tqajjem żieda fil-volatilità.

Laqgħa dwar il-politika monetarja mill-Federal Reserve, in-negozjati dwar il-Brexit u għadd ta’ statistika globali dwar l-inflazzjoni u l-pagi fl-Istti Uniti jistgħu ikunu l-kaġun ta’ ċaqliq ekonomiku kbir din il-ġimgħa.

L-Isterlina telgħet għall-ogħla rata fi tlitt ijiem kontra d-dollaru iżda ftit inbidlet kontra muniti oħrajn qabel ma jiltaqa’ l-bank ċentrali Ingliż din il-ġimgħa.

Is-swieq finanzjarji mhumiex jistennew li l-Bank of England ser jgħolli l-interessi. Ir-rati mhumiex mistennija li jiżdiedu qabel kmieni l-2020.

Indiċi

L-ishma Ewropej waqgħu llum hekk kif s-swieq Spanjoli intlaqtu minn inċertezza relatata mal-formazzjoni ta’ gvern ġdid, l-elezzjoni ġenerali u sentiment ekonomiku dgħajjef fiż-żona tal-ewro li kabbru l-biża’ ta’ tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku globali. L-iSTOXX 50 tela b’0.24%.

L-ishma globali kienu stabbli llum hekk stħarriġ dgħajjef dwar is-sentimenti fiż-żona tal-ewro u l-inċertezza politika wera l-elezzjoni fi Spanja llimitaw iż-żidiet xprunati minn statistika ekonomika tajba miċ-Ċina u mill-Istati Uniti. Il-prezzijiet tal-ishma fl-Istati Uniti dehru resqin lejn tnaqis fil-ftuħ f’Wall Street

Ishma

Fl-ishma lokali, il-FIMBank kellu l-akbar żieda ta’ 3.68% waqt li l-Mapfre Middlesea u l-MIDI rreġistraw avvanz ta’ 1.69%.
Il-GO tilfu 2.17%, segwiti mill-HSBC b’0.58%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, L-AX Investments 2024 żdiedu b’1.72%. il-Pendergardens Developments 2022 b’0.92% il-Von der Heyden Finance Group Finance b’0.49%.

L-International Hotel Investments 2026 tilfu 1.58%; il-Corinthia Finance 2026 1.45% u l-Bank of Valletta 2020 tilfu 1.02%.

Il-prezzijiet tad-deheb waqgħu llum mill-ogħla livell f’ġimgħa wara li statistika tajba miċ-Ċina u mill-Istati Uniti tat saħħa lis-swieq tal-ishma. Id-deheb tilef 0.10%.

Il-prezzijiet taż-żejt ukoll tbaxxew illum u komplew mat-tnaqqis ta nhar il-Ġimgha li waqqaf irkupru ta’ bosta ġimgħat, wara li l-President Trump talab lill-OPEC biex iżżid il-produzzjoni biex tnaqqas mill-effett tas-sanzjonijiet kontra l-Iran.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fil-firxa riċenti ta’ negozju kontra d-dollaru, bil-progress tiegħu limitat mill-aspettattiva dwar pożizzjoni mhux aggressiva tal-bank Ċentrali Ewropew il-ġimgħa d-dieħla u wara li l-investituri saru inqas aggressivi…

Barranin

L-ewro kien ftit aktar b’saħħtu fil-livell ta’ $1.1264 iżda ftit inqas mill-$1.1285 li laħaq nhar il-Ħamis qabel ma ħarġet id-dejta dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti. Id-dollaru kien b’saħħtu l-Ġimgħa wara li…

Barranin

Muniti L-isterlina żdiedet illum u rkuprat il-parti l-kbira tat-telf li kellha kmieni din il-ġimgħa wara li ċ-Chairman tal-Federal Reserve Jerome Powell ħalla l-bieb miftuħ għal tnaqqis fir-rati, għalkemm l-ekonomija Ingliża…

Id-dollaru tbaxxa llum wara li ċ-Ċermen tal-Federal Reserve, Jerome Powell,  kellu ton ma tantx sabih meta tkellem quddiem il-Kungress u qal li l-inċertezzi kummerċjali u t-tħassib dwar il-prospetti ekonomiċi globali…

Aktar