Barranin
Jaqa’ l-prezz taż-żejt minħabba tħassib fiż-żieda fil-COVID-19

L-ewro żdied aktar minn 0.4% kontra d-dollaru għal $1.1226 u b’hekk inqala’ mil-livelli baxxi tal-aħħar ġimagħtejn. Il-mexxeja tal-Unjoni Ewropea nhar il-Ġimgħa qablu li kienet meħtieġa azzjoni urġenti biex jaqilgħu l-ekonomiji tagħhom milquta mill-koronavirus mill-akbar riċessjoni mit-Tieni Gwerra. Iżda huma ma għamlu ebda progress fuq plan ta’ stimulu massiċ li firidhom għal ġimgħat sħaħ. Xiri spekulattiv fuq l-ewro, kontra d-dollaru, huwa l-ogħla minn Mejju 2018.

Id-dollari tal-Awstralja u ta’ New Zealand avvanzaw sewwa llum, waqt li tilef id-dollaru Amerikan mill-ogħla livell tal-aħħar ġimagħtejn u nofs, għax jidher li l-biża’ ta’ tieni mewġa tal-koronavirus ftit li xejn naqqset is-sentiment ta’ riskju tal-investituri.

L-Isterlina żdiedet llum, u irkuprat mill-inqas livell fi tliet ġimgħat matul in-negozju fl-Asja, mgħejjuna minn dollaru aktar dgħajjef, minn tamiet ta’ ftehim kummerċjali wara Brexit u l-istennija ta’ statistika ekonomika itjeb. Iż-żidiet kontra l-ewro iżda intilfu wara li l-produzzjoni industrijali fir-Renju Unit kellha tnaqqis rekord fi tliet xhur matul it-tliet xhur sa Ġunju.

Indiċi

L-ishma fl-Ewropa iċaqilqu ‘l hawn u lill hin hekk kif l-investituri komplew jimmonitorjaw żieda fil-każi tal-koronavirus fl-Istati Uniti u tħassib li qed jikber dwar żieda fl-infezzjonijiet fil-0Ġermanja.

Fl-Istati Uniti, l-ishma bdew il-ġimgħa fin-negattiv, għax żieda fil-każi tal-koronavirus fl-Istati Uniti u barra mill-pajjiż ħassbet lill-investituri dwar ftuħ b’suċċess tal-ekonomija. Id-Dow Jones tilef 75 punt jew 0.35% fil-ftuħ u baqa’ jitlef sa aktar minn 0.6%.

Ishma

L-ishma lokali llum kienu mħallta wara li kienu reġistrati ċifri pożittivi, negattivi u newtrali.

Il-Mapfre Middlesea u l-GO tilfu 3.51% u 0.59% rispettivament. Il-Mapfre Middlesea għalqu bil-prezz ta’ €2.20 kull sehem u l-GO għalqu bi €3.38 kull sehem.

L-HSBC Bank Malta għalaq bil-prezz ta’ €0.96, il-Malta International Airport b’€5.80 u l-Malta Properties Company b’€0.58. Minkejja in-negozju fit-tliet ishma ma kien hemm ebda ċaqliq perċentwali.

F’territorju pożittiv kien hemm il-Bank of Valletta b’0.49% u l- Lombard Bank Malta mar l-aħjar b’żieda ta’ 0.99%.

Bonds

Il-bonds lokali llum kienu pożittivi ħafna bl-AX Group  2029 u l-Bortex Group Finance 2027 it-tnejn żdiedu b’0.49%.

Il-Mediterranean Investments Holding żdiedu b’0.50%, l-iStivala Group Finance  2029 b’0.69%, it-TUM Finance 2029 b’ 0.91%, l-SD Finance  2027 b’1.40% u l-Bank of Valletta  2030 marru l-aħjar bil-prezz ta’ €103 żieda ta’ 7.29%.

Commodities

Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu llum minħabba li kiber it-tħassib li żieda rekord fl-infezzjonijiet mill-koronavirus tista’ twaqqaf l-irkupru fid-domanda għall-fjuwil u b’hekk dan għeleb tnaqqis fil-provista mill-produtturi ewlenin. Madankollu, il-prezz żdied xi ftit matul wara nofsinhar.

Negozjanti u analisti qalu li wara ġimgħat ta’ żieda, il-prezzijiet taż-żejt fiżiku bdew jonqsu hekk kif l-irkupru ċeda għar-realtà ta’ marġni fqar mir-raffineriji u ħażniet li qed jikbru.

Il-prezzijiet tad-deheb laħqu l-ogħla livell f’aktar minn xahar  hekk kif żieda fl-infezzjonijiet fżċerti pajjiżi qajmet dubbji dwar rkupru ekonomiku ta’ malajr.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu 15% din is-sena fost  il-biża’ ta’ tnaqqis ekonomiku minħabba l-koronavirus u l-miżuri ta’ stimulu bla preċedent minn gvernijiet u banek ċentrali matul id-dinja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar