Barranin
Jaqa’ l-prezz taż-żejt taħt id-$69

Id-Dollaru tbaxxa bi kwart perċentwali wara li tbaxxa d-dħul mill-bonds tal-Gvern Amerikan waqt li l-ewro ssaħħaħ. Dan wara li statistika ekonomika ikkonfermat li l-ekonomija taż-żona tal-ewro qed tikber b’pass tajjeb.

Il-munita Amerikana riesqa lejn l-akbar tnaqqis f’xahar minn Lulju 2017 kontra l-ewro hekk kif taħlita ta’ tkabbir ekonomiku globali b’saħħtu – l-aktar fl-Ewropa – u inflazzjoni baxxa ħajru lill-investituri li jnaqqsu l-fiduċja fid-dollaru.

L-isterlina tbaxxiet għall-inqas rata f’ġimgħa kontra d-dollaru wara tħassib ġdid dwar l-impatt tal-Brexit fuq l-ekonomija tar-Renju Unit u dwar il-progress tat-taħditiet dwar il-ħruġ mill-Unjoni Ewropea.

Il-lira inizjalment tbaxxiet taħt id-$1.40, livell importanti  li kienet qabżet dan ix-xahar matul irkupru qawwi, wara li analiżi tal-Gvern uriet li r-Renju  Unit ser ikun agħar wara Brexit f’kull sitwazzjoni.

Sadattant l-ewro żdied kontra l-muniti Awstraljani u Kanadiżi waqt li tilef kontra l-frank Żvizzeru.

Indiċijiet

L-ishma Ewropej tilfu hekk kif is-swieq globali ma ħadux riskju, bis-setturi ċikliċi inklużi l-minjieri u finanzjari sofrew l-akbar telf. L-iSTOXX 50 tilef 0.69% skont kif marru l-kumpaniji ewlenin taż-żona tal-ewro. It-tnaqqis segwa sessjonijiet ta’ negozju fqir fl-Asja u fl-Istati Uniti.

Strateġista fl-ishma qal li llum kienet biss ċaqliqa aktar milli bidla fundamentali fid-direzzjoni tal-ishma. Kien hemm numru ta’ indikaturi tekniċi  li jindikaw sodisfazzjon mis-suq.

L-Indiċi tal-Borża ta’ Malta llum ma kienx eċċezzjoni għax tilef 0.42% bħal bqija tad-dinja.

Ishma Lokali

Sessjoni negattiva llum hekk kif il-Bank of Valletta kien it-tellief notevoli modest. L-istess ġara fl-ishma tal-Mapfre Middlsea. Simonds Farsons Cisk u l-Maltapost tilfu 3.95% u 4.02% rispettivament.

Bonds Lokali

Is-sessjoni tal-bonds lokali kien aktar pożittiva minn dik tal-ishma. Il-Corinthia Finance żdiedu b’1.43% waqt li l-International Hotel Investments 2024 żdiedu 0.93%. Il-MIDI 2026 żdiedu 0.5%. Moviment tal-istess daqs imma f’territorju negattiv kienu fil-Mediterranean Maritime Hub Finance. L-SD Finance tilfu 0.77%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt waqa’ taħt id-$69 għall-ewwel darba f’sitt ijiem, minħabba produzzjoni togħla fl-Istti Uniti u hekk kif dollaru li kien qed jissaħħaħ laqat lill-assi riskjużi. Il-prezzijiet bil-quddiem tal-Brent waqgħu għal $69.12 , waqt li l-inqas prezz tas-sessjoni kien ta’ $68.75. Il-prezz bil-quddiem tal-West Texas Intermediate tilef 50 cents għal $64.87.

Il-prezz tad-deheb irkupra mill-inqas livell  hekk kif id-dollaru tilef iż-żieda li kellu u d-dħul mill-bonds waqa’, iżda r-riskji f’termini qosra ippuntaw lejn it-telf hekk kif in-negozjanti stennew il-laqgħa dwar il-politika monetarj tal-Federal Reserve.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ħames xhur għax l-investituri qed juru tħassib dwar it-talbiet tal-partiti populisti li mistennija jiffurmaw gvern fl-Italja u hekk kif żieda ġdida fid-dħul tal-bonds tat-Teżor Amerikan…

Barranin, Lokali

L-ewro baqa’ mwaħħal qrib l-inqas rata wara l-aħbar ta’ tkabbir ekonomiku dgħajjef aktar milli mistenni fil-Ġermanja u żieda fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan għenet lid-dollaru jirkupra wara pawsa fiż-żidiet. Is-saħħa tad-dollaru…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas livell f’ġimgħa hekk l-investituri bdew jiddubitaw jekk l-irkupru tal-ġimgħa li għaddiet li wassal lill-munita Amerikana għall-ogħla livell f’aktar minn erba’ xhur kienx spiċċa. Id-Dollaru żdied hekk kif…

Barranin

Id-dollaru baqa’ qrib l-inqas rata f’erba’ xhur u nofs kontra grupp ta’ muniti wara li statistika dgħajfa dwar l-inflazzjoni wasslet biex l-investituri jnaqqsu xi ftit it-tamiet ta’ żidiet aktar mgħaġġla…

Aktar