Barranin
Jaqgħu l-prezzijiet taż-żejt kawża ta’ inċertezza wara l-laqgħa tal-OPEC

Muniti Kontra l-Ewro

Il-movimenti fil-muniti illum kien aktarx baxx illum, bl-akbar ċaqliq osservat fl-isterlina u d-dollaru Kanadiż. L-isterlina tbaxxiet mill-ogħla rata f’xahrejn, u ma qabżits id-$1.34 hekk kif id-dubbji dwar il-Brexit qed jgħafsu lill-munita Ingliża. Id-dollaru Awstraljan kien għal darb’oħra fuq id-difiza għax s–sentiment favuru qed jonqos għax munita li tirrendi aktar ikkawżat taqliba kontra l-yen. Il-frank Żvizzeru u d-dollaru Amerikan kellhom movimenti negliġibbli.

Indiċi

L-indiċi Ewropew kienu f’territorju pożittiv illum b’kuntrast mat-Topix tal-Ġappun li waqa’ b’0.26%. Żdied il-FTSE 100 li kien qed juri żieda ta’ 0.71% qabel l-għeluq. Id-Dow Jones fetaħ ogħla bid-daqs tal-indiċijiet Ewropej waqt li l-indiċi lokali kien pożittiv.

Ishma Lokali

L-ishma lokali kienu b’mod ġenerali pożittivi. Il-Maltapost, il-MIDI u Tigne Mall żdiedu bejn 1.00% u 2.00% waqt li l-PG Holdings ġarrab telf ta’ 0.7%. L-aktar li żdiedu kienu l-ishma ta RS2 Software, li kellhom żieda ta’ 10.00% għal prezz ta’ €1.65.

Bonds Lokali

Anke s-suq tal-bonds kien ġeneralment pożittiv bil-bonds tal-Bank of Valletta 2019 jiżdiedu qrib it-2.00%. Il-PTL u l-Von Der Hayden Group Finance, it-tnejn jaħalqu fl-2024, żdiedu b’madwar 1.00%. F’territorju negattiv kien hemm l-Izola u l-GAP, għalkemm it-telf kien taħt 0.5%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu minħabba inċertezza dwar ir-riżultat tal-laqgħa ta’ din il-ġimgħa tal-OPEC li mistennija tiddeċiedi l-politika dwar il-produzzjoni għas-sena d-dieħla. Iż-żejt Brent tilef 58 cents għal $63.38 kull barmil. Il-light crude fl-Istati Uniti kien 46 cents inqas għal $57.70 wara li tilef 1.4% fl-aħħar sessjoni.
Il-Membri tal-Organizzazzjoni tal-Pajjiżi Esportaturi taż-Żejt, l-OPEC, u produtturi ewlenin oħrajn inkluża r-Russja, jiltaqgħu pitgħada biex jiddiskutu jekk ikomplux jew le jillimitaw il-produzzjoni fi sforz biex inaqqsu l-ħażniet u jwieżnu l-prezzijiet.

Il-prezz tad-deheb baqa’ qrib l-ogħla f’sitt ġimgħat milħuq fis-sessjoni ta’ qabel hekk kif l-investituri stennew is-smigħ tal-konferma tan-nominat għall-Presidenza tal-Federal Reserve Jerome Powell. F’rimarki imħejjija għas-smigħ, Powell iddefenda l-użu mill-bank tal-poteri kontra l-kriżi, u ssuġġerixxa estensjoni wiesgħa tal-pożizzjoni dwar il-politika monetarja taċ-Ċermen preżenti Janet Yellen.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Muniti L-isterlina baqgħet qrib l-inqas rata fi 13-il xahar, hekk kif l-investituri saħħew il-fehma li d-dollaru ser ikompli jissaħħaħ u minħabba l-inċertezza dwar jekk ir-Renju Unit hux ser jikseb ftehim…

Barranin

Muniti L-Ewro tbaxxa għall-inqas rata fi 13-il xahar, il-muniti tas-swieq emerġenti komplew jitilfu u l-Yen tela’ għall-ogħla rata f’sitt ġimgħat għax il-waqgħa fil-valur tal-lira Torka wasslet biex l-investituri jfittxu muniti…

Lokali

Id-dollaru żdied għall-ogħla livell fi 13-il xahar kontra grupp ta’ muniti u kien hemm ukoll żieda tajba fir-rata tal-yen, bis-sentiment tal-investituri għar-riskju jonqos fost tensjonijiet globali kummerċjali li qed jiżdiedu…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żdied kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin hekk kif l-investituri huma tal-fehma li d-diskors dwar il-gwerra kummerċjali u l-ekonomija soda tal-Istati Uniti ser ikomplu jgħinu lill-munita. It-tensjonijiet kummerċjali qed…

Aktar