Barranin
Jaqgħu l-prezzijiet taż-żejt qabel il-laqgħa tal-OPEC

Muniti Kontra l-Ewro

L-ewro rkupra mill-inqas rata kontra l-yen negozjata llum fl-Asja, bl-investituri jwarrbu min-nofs ir-riskji politiċi tan-nuqqas tal-Kanċillier Angela Merkel li tifforma koalizzjoni bejn tliet partiti. L-isterlina żdiedet nofs fil-mija għall-ogħla rata f’ġimagħtejn u nofs, bl-aħbarijiet ta’ tmiem il-ġimgħa dwar il-progress tan-negozjati fuq il-Brexit interpretati bħala xi ftit pożittivi għall-munita Ingliża.

Indiċi

Fil-ftuħ tan-negozju, id-Dow Jones fetaħ 0.30% ogħla. L-indiċi maġġuri l-oħra wkoll zżdiedu. Il-FTSE 100, l-iSTOXX 50 u d-Dax żdiedu b’0.13%, 0.43% u 0.69% rispettivament.

Ishma Lokali

Is-suq tal-ishma lokali llum ftit li xejn kien attiv. Simonds Farsons Cisk u l-MIDI żdiedu b’1.61% u 1.54% rispettivament. Min-naħa l-oħra, il-Mapfree Middlesea u l-GlobalCapital għalqu f’territorju negattiv b’4.42% u 4.76% rispettivament.

Bonds lokali

Min-naħa l-oħra is-suq tal-bonds lokali kien attiv ħafna. Il-Hal Mann Vella Group 2024 u l-Pendergardens Developments 2022 żdiedu bi 2.87% u bi 2.73% rispettivament. L-International Hotel Investments 2025 tilfu 2.75%.

Indikaturi Ekonomiċi

L-indiċi tal-prezzijiet tal-produttur Ġermaniz ma nbidilx minn xahar għal xahar għal 0.30%. Madankollu l-indiċi minn sena għal sena tilef 0.40% minn 3.10% għal 2.70%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu llum hekk kif l-investituri kellhom approċċ kawt qabel il-laqgħa tal-OPEC il-ġimgħa d-dieħla, fejn mistenni tkun diskussa estensjoni għat-tnaqqis fil-produzzjoni. Id-deheb tbaxxa wkoll, hekk kif żdied id-dollaru, iżda l-prezzijiet xorta baqgħu qrib l-ogħla f’xahar milħuqa l-ġimgħa li għaddiet hekk kif l-inċertezza politika fl-Istati Uniti ddominat is-sentiment.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Ewro tbaxxa għall-inqas rata fi 13-il xahar, il-muniti tas-swieq emerġenti komplew jitilfu u l-Yen tela’ għall-ogħla rata f’sitt ġimgħat għax il-waqgħa fil-valur tal-lira Torka wasslet biex l-investituri jfittxu muniti…

Lokali

Id-dollaru żdied għall-ogħla livell fi 13-il xahar kontra grupp ta’ muniti u kien hemm ukoll żieda tajba fir-rata tal-yen, bis-sentiment tal-investituri għar-riskju jonqos fost tensjonijiet globali kummerċjali li qed jiżdiedu…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żdied kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin hekk kif l-investituri huma tal-fehma li d-diskors dwar il-gwerra kummerċjali u l-ekonomija soda tal-Istati Uniti ser ikomplu jgħinu lill-munita. It-tensjonijiet kummerċjali qed…

Barranin

L-Ewro baqa’ qrib id-$1.16 iżda ma rnexxielux jieħu vantaġġ minn pawsa fl-irkupru tad-dollaru, waqt li statistika tajba ferm miċ-Ċina ikkalmat is-sentiment dwar it-tensjonijiet riċenti bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Id-dollaru…

Aktar