Barranin
Jgħid li kull ftehim maċ-Ċina jrid isir fuq t-termini tal-Istati Uniti

L-ewro ddgħajjef u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru għal $1.1095, jiġifieri 0.9% fuq ġimgħa.

L-ewro tbaxxa wkoll bi 0.3% kontra l-Isterlina għal 0.9155 pence, telf għal ħames jum u l-itwal perjodu ta’ telf minn Jannar. Barra dan l-ewro tilef 0.27% kontra d-Dollaru Awstraljan u 0.20% kontra d-Dollaru Kanadiż. Sadattant il-munita unika żdiedet 0.01% kontra l-Yen u 0.09% kontra l-Frank Żvizzeru.

L-ishma Ewropew ser itemmu l-ġimgħa fuq nota għolja, hekk kif ġimgħa mqallba ta’ inċertezza kummerċjali u biża’ dwar it-tkabbir globali waslet biex tagħlaq.

L-aħbarijiet dwar il-kummerċ żammew anzjużi lill-investituri fost volatilità li ħakmet lis-swieq għal parti l-kbira ta’ Awwissu. Iċ-Ċina sejħet it-tariffi li ser jimponu fuq l-Istati Uniti bħala ksur tal-ftehimiet milħuqa bejn il-President Donald Trump u l-President Ċiniża Xi Jinpiong, waqt li Trump ilbieraħ qal li kull ftehim maċ-Ċina jrid isir fuq t-termini tal-Istati Uniti.

L-iSTOXX 50 żdied b’0.90%; id-DAX b’0.87%; u l-CAC 40 b’0.77%. Il-FTSE 100 dam ma fetaħ għal xi ishma maġġuri, it-tieni waqfien bħal dan fi ftit aktar minn sena f’wieħed mill-akbar swieq finanzjarji fl-Ewropa.

Iż-żejt Brent żdied b’1.20% għal $58.91 kull barmil waqt li l-United States West Texas Intermediate żdied b’1.25% għal $55.14.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa b’0.64% għal $1,513.49 u l-fidda wriet tnaqqis ta’ 0.47% għal $17.18.

Matul il-ġimgħa d-dieħla mistennija dawn l-iżviluppi. Nhar it-Tlieta jitħabbru l-minuti tal-Reserve Bank of Australia wara d-deċiżjoni dwar ir-rata tal-interessi. Il-minuti jagħtu ħjiel tad-diskussjoni dwar il-politika monetarja inklużi differenzi fl-opinjoni. Huma jagħtu wkoll il-vot ta’ kull membru.

Nhar l-Erbgħa mbagħad mistennija l-Indiċi tal-Prezzijiet għall-Konsumatur mill-Bank of Canada u l-Federal Reserve fl-Istati Uniti joħroġ il-minuti tal-laqgħa tal-kumitat dwar il-politika monetarja.

L-istatistika dwar il-manifattura matul Awwissu toħroġ mill-Ġermanja nhar l-Erbgħa. Joħorġu wkoll ir-rapporti dwar il-laqgħa dwar il-politika monetarja tal-Bank Ċentrali Ewropew, li jagħtu ħjiel dwar is-suq finanzjarju, u l-iżviluppi ekonomiċi u monetarji.

Nhar il-Ġimgħa, mill-Kanada joħorġu ċ-ċifri dwar il-bejgħ bl-imnut matul Ġunju u mill-Federal Reserve tal-Istati Uniti jkun hemm id-diskors tal-president Jerome Powell.

Fl-aħħarnet, nhar il-Ġimgħa jkun hemm il-laqgħa tal-G7.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-moviment fis-swieq finanzjarji llum kienu modesti ħafna, bil-muniti ewlenin jirreġistraw ċaqliq negliġibbli kontra l-ewro. Ċaqliqiet notevoli kienu kontra l-isterlina u l-frank Żvizzeru. L-isterlina żdiedet wara jumejn ta’ telf hekk…

Barranin

Muniti Wara żidiet iniżjali fin-negozju bikri f’Londra, id-domanda għal muniti meqjusa siguri battiet bil-Yen juri żieda ta’ 0.1% kontra l-ewro u l-Frank Żvizzeru kważi bla ebda żieda mal-munita unika. L-Isterlina…

Barranin

Muniti L-isterina ddgħajfet xi ftit illum, iżda mhux wisq ’il bogħod mill-ogħla rata f’sitt xhur kontra l-ewro, hekk kif l-investituri għadhom jaħsbu li l-Konservattivi fil-gvern ser jirbħu l-elezzjoni tax-xahar id-dieħel….

Barranin

Muniti L-ewro żdiedet għall-ogħla rata kontra d-dollaru fi 11-il jum, mgħejjun minn aspettattivi li l-Istati Uniti u ċ-Ċina dalwaqt jiffirmaw ftehim biex itemmu l-gwerra kummerċjali li ħalliet ħafna ħsara. L-ekonomija…

Aktar